Jibda l-Kors ghal 81 Rekluta gdid fil-Korp tal-Pulizija
Il-Ministru ta' l-Intern Dr Tonio Borg dal-ghodu habbar li twaqqaf Bord li se jiehu hsieb id-direzzjoni generali, il-policies u t-thejjija ta' l-objettivi, kif ukoll jissorvelja l-operat ta' l-Akkademja tal-Pulizija.
Dan il-pass huwa parti minn programm ta' modernizzazzjoni li jinkludi riorganizzazzjoni ta' l-Akkademja biex jissahhu l-kuncetti ta' professjonalit'? fil-funzjonijiet u l-hiliet tal-Pulizija u biex jitharrgu izjed f'dak li hu management. Hu mistenni li fil-futur, il-Bord ikollu s-sahha ta' ligi, u ghalissa twaqqaf b'decizjoni amministrattiva.
Il-Ministru Borg qal dan meta indirizza lill-81 rekluta gdida fil-Korp tal-Pulizija fil-grad ta' Kuntistabbli. Ir-rekluti llum bdew kors organizzat mill-Akkademja li matulu se jitharrgu fl-oqsma kollha li ghandhom x'jaqsmu mad-dmirijiet tal-Pulizija. Il-kurrikulu tal-kors inbidel biex jirrifletti dak li hu mistenni minn Korp tal-Pulizija modern.
Huwa habbar li fi zmien qasir mistenni jinbidel id-direttur ta' l-Akkademja. L-ex Assistant Kummissarju Joe Gauci se jiehu post Anthony Mifsud Tommasi. Il-Ministru Borg qal ukoll li l-membri tal-Bord ta' l-Akkademja mhux se jkunu pulizija biss, izda nies involuti fil-qasam edukattiv u oqsma ohra. Id-direttur fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni Joe Sammut huwa c-Chairman ta' dan il-Bord.
Ir-rekluti li se jibdew il-kors inghazlu minn 'il fuq minn erba' mitt applikazzjoni, fejn ghall-ewwel darba fl-istorja tal-Korp, dawk eligibbli biex japplikaw kellhom bzonn tliet certifikati fil-livell ordinarju, ghalkemm il-maggoranza ta' l-applikant kellhom izjed mir-rekwiziti minimi.
Il-Ministru Borg, fl-introduzzjoni tieghu ghamel enfasi fuq l-importanza li l-Pulizija jgibu ruhhom tajjeb mal-pubbliku li ghandhom id-dmir li jservu. Huwa qal li l-pulizija jigu f'kuntatt kontinwu man-nies, f'sitwazzjonijiet li mhux dejjem ikunu facli jew ta' ferh. Ghalhekk huwa mportanti, huwa sahaq, li pulizija jkun customer friendly, biex kemm jista' jkun itaffi l-problemi ta' min jirrikori ghand ufficjal tal-Korp.
Huwa awgura lir-rekluti l-godda kull success fil-kors taghhom.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN