Se titwaqqaf Unit fi hdan is-servizz civili ghas-servizz tan-Negozji z-Zghar
"Irridu nassiguraw li n-negozji z-zghar taghna jkollhom l-istess opportunitajiet ta' zvilupp li ghandhom negozji akbar. Ghalhekk qeghdin jithejjew numru ta' skemi li jassiguraw li n-negozju z-zghir ikun f'pozizzjoni li jaghraf jiehu kemm l-opportunitajiet li jinholqu fis-suq kif ukoll l-ghajnuniet li joffri l-Gvern. Ghal dan il-ghan sejra titwaqqaf Unit fi hdan ic-Civil li l-iskop principali taghha jkun li tassigura l-efficjenza minn Dipartimenti u Entitajiet tal-Gvern fil-konfront taghhom man-negozji z-zghar filwaqt li tassigura wkoll li l-Entitajiet tal-Gvern jgharfu li n-negozjant iz-zghir qieghed fuq quddiem nett fil-katina biex jiholoq il-gid fil-pajjiz u ghalhekk jisthoqlu servizz aktar efficjenti" qal is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo."
"Fost affarijiet ohra li jithabbru aktar tard, din il-Unit ghandha tikkordina il-politika kummercjali fil-lokal u sservi ta' ghodda li thaffef il-komunikazzjoni bejn il-Gvern, il-Kunsilli Lokali u n-negozjant tal-lokal", kompla jghid is-Segretarju Parlamentari.
"Dan huwa pass iehor konkret li juri l-impenn tal-Gvern li jghin lin-negozju z-zghir jikseb aktar efficjenza mill-Entitajiet kollha tal-Gvern li joffu servizz" sostna is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal dan f'laqgha li kellu mal-Kunsill Lokali ta' Marsaskala u l-Komunita' Kummercjali tal-Lokal fejn sahaq fuq l-impenn tal-Gvern lejn aktar professjonalizmu fin-negozju.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN