Inkjesta mid-Divizjoni tas-Sahha
L-Awtoritajiet ta' l-Isptar San Luqa gew infurmati mit-tobba ta' l-ghassa li nhar il-Hamis, 30 ta' Settembru 1999 fil-ghaxija, fid-Dipartiment ta' l-Emergenza kien iddahhal pazjent ragel riferut mis-Secure Unit ta' l-Isptar Monte Karmeli , u li l-qraba ta' dan il-pazjent kienu qed jallegaw li kellu sinjali fuq partijiet ta' gismu li gew bhala rizultat ta' swat li seta' sofra. Wara li saru l-ezamijiet medici preliminari, giet infurmata l-pulizija kemm bil-kaz kif ukoll bl-allegazzjonijiet li saru mill-qraba.
Sadattant, independentement minn kull azzjoni ulterjuri li tista' tiehu l-pulizija, id-Divizjoni tas-Sahha dalghodu stess fethet inkjesta bil-gurament taht l-Att ta' l-Inkjesti sabiex jigu stabbiliti l-fatti ta' dan il-kaz.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN