Left arrow Go Back

Stqarrija tal-Ministeru tal-Agrikoltura u Sajd

PR1492
Date Icon 01/10/1999

Rapport f'sezzjoni ta' l-Istampa intitolat Il-Bidwi Malti li jipproduci t-tadam m'ghandux futur fl-UEjidher li hu verżjoni tal-politika ta' l-Oppożizzjoni u jikkonferma l-isfiduċja fil-bidwi Malti li ghandu dan il-kamp.

Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd, il-Perit Ninu Zammit, bi twegiba ghall-istess rapport.

Il-Perit Zammit kompla jgħid li miċ-ċifri ppreżentati, u minn ċifri mxandra mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, jirriżulta li l-bidwi Ewropew huwa mill-inqas erba` darbiet iżjed effiċjenti mill-bidwi Malti fit-tkabbir tat-tadam. Dan ifisser li mill-istess area ta` art, fejn il-bidwi Malti jkabbar kilo wieħed tadam, sieħbu l-Ewropew ikabbar mill-inqas erba` (4) kilos tadam.

Għaldaqstant, żied jgħid il-Perit Ninu Zammit, bi prezz ta` 8c5/kg f`Malta, il-bidwi tagħna jdaħħal 8c5, filwaqt li l-bidwi Ewropew bi prezz ta` 4c5/kg idaħħal 18c0 (4c5 x 4) minn tkabbir fuq l-istess roqgha ta` art.

Dan allura jfisser li b`iżjed effiċjenza fl-operat tiegħu, il-bidwi Malti kapaċi jkabbar il-produzzjoni tat-tadam bħalma jseħħ fl-Ewropa, liema operat jirrendi żieda fid-dħul lill-bidwi minn 8c5 għal 18c0, żieda ta` izjed mid-doppju.

Il-Ministru Zammit temm jgħid illi c-cifri kif iddikkjarati mill-Oppożizzjoni jkomplu jikkonfernaw li, bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, l-industrija tal-biedja tissaħħaħ u tikber, iżjed u iżjed bid-diversi strutturi ta` għajnuna finanzjarja li toffri l-Unjoni. Bħalma 'ara f`pajjiżi oħra, dawn l-għajnuniet finanzjarji jservu biex itejbu l-effiċjenza u l-kompetittivita` ta' l-operat agrikolu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow