Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jwiegeb lil M.U.T.
- Id-direttivi ta' l-MUT mhux gustifikati
- School Secretaries mis-sena d-diehla
- Se jkunu impjegati aktar casual cleaners
- Se jsiru korsijiet ghal Kindergarten Assistants
- Instructors Ghawdxin intbaghtu jahdmu Ghawdex
Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni jsostni li d-direttivi mahruga l-lum mill-Malta Union of Teachers lill-Kapijiet u l-Assistenti Kapijiet fl-Iskejjel tal-Gvern huma ghal kollox barra minn lokhom u ma hemm ebda gustifikazzjoni ragjonevoli ghalihom. Ghalhekk il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea, filwaqt li stieden lill-MUT biex tirrikonsidra dawn id-direttivi, wera li hu dispost jiltaqa' ma' l-union immedjatament biex jaghti lill-Kunsill l-ispjegazzjonijiet mehtiega dwar il-kwestjonijiet pendenti.
Fil-fatt f'ittra li l-Ministru Galea baghat lis-Segretarju Generali ta' l-MUT jirrizulta li fuq il-punti kollha li l-MUT hasset li ma sarx progress u allura harget direttivi ta' azzjoni industrjali, sar progress sostanzjali u uhud minnhom huma solvuti.
Billi l-MUT hasset li ghandha ssejjah konferenza stampa u taghti l-veduti taghha, il-Ministeru kien kostrett jippublika l-ittra (mehmuza) li twiegeb ghall-punti kollha imqanqla mill-union.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN