Malta tfakkar il-Jum Dinji ta' l-Anzjani
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, Dr Antoine Mifsud Bonnici, dal-ghodu, flimkien mas-Sindku, is-Sur Clyde Puli u l-membri tal-Kunsill Lokali ta' Hal Qormi attenda cerimonja qasira fid-Day Centre, Hal-Qormi, li tfakkar is-'Sena Internazzjonali ta' l-Anzjani' fl-okkazjoni tal-'Jum Dinji ta' l-Anzjani', l-1 t'Ottubru 1999.
Dr Mifsud Bonnici f'diskors qasir esprima s-sodisfazzjon tieghu li l-attivitajiet organizzati matul din il-gimgha fl-okkazjoni tal-'Jum Dinji ta' l-Anzjani' kienu kollha mimlija b'numru kbir t'anzjani, kemm dawk li huma residenti f'xi dar tal-anzjani u kemm dawk li jattendu fid-diversi Day Centres. Huwa qal li dan ifisser li l-iskop tal-Ministeru ghall-Politika Socjali li jrid jara aktar partecipazzjoni attiva mill-anzjani qieghed ikollu success.
Is-Segretarju Parlamentari fahhar u rringrazzja lill-Kunsill Lokali ta' Hal-Qormi tal-kontribut li qed jaghti u tal-koperazzjoni li ghandu mad-Dipartiment ta' l-Anzjani biex id-Day Centre ta' Hal-Qormi jiffunzjona kif mixtieq fl-interess ta' l-anzjani tar-rahal. Huwa esprima x-xewqa tieghu li kunsilli lokali ohra jimxu fuq l-ezempju tal-Kunsill Lokali ta' Hal-Qormi jekk iridu li jaraw li l-anzjani fil-lokalita' taghhom ikollhom id-drittijiet u d-dinjita' taghhom imharsa.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN