Left arrow Go Back

Il-Prim Ministru jaghmel zjarat f'Londra u fi Brussell

PR1475
Date Icon 28/09/1999

Il-Prim Ministru, Dr Eddie Fenech Adami, għada jħalli Malta għal Londra u Brussell.

F'Londra l-Prim Ministru ser jindirizza Investment Promotion Seminar organizzat mill-MDC li ser isir fl-Uffiċċju Prinċipali tal-Confederation of British Industry (CBI). L-iskop ewlieni ta' dan is-seminar huwa li ji'i attirat investiment minn fost il-membri tas-CBI u organizzazzjonijiet oħra. Il-Prim Ministru ser jiltaqa' wkoll ma' numru ta' Diretturi ta' kumpaniji Ingliżi, uħud minnhom b'investiment f'Malta.

Minn Londra, il-Prim Ministru jibqa' sejjer Brussell, fejn ser ikollu laqgħat ma' Dr G'?nter Verheugen, il-Kummissarju Ewropew responsabbli mit-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea, u ma' l-ex-Prim Ministru Bel'jan, Jean-Luc Dehaene li tqabbad mill-President il-'did tal-Kummissjoni Ewropea, Romano Prodi, biex imexxi think tank li jipproponi tibdiliet għall-'ejjieni ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea. Fi Brussell, il-Prim Ministru ser ukoll jieħu sehem fil-Kunsill tal-Partit Popolari Ewropew (EPP), li fih mistennija jieħdu sehem numru ta' Prim Ministri oħra.

Il-Prim Ministru, li se jkun akkumpanjat mill-Assistent Personali tiegħu s-Sur Richard Cachia Caruana, mistenni lura Malta nhar il-Ġimgħa l-1 t'Ottubru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow