Left arrow Go Back

Jinhatar il-Gvernatur il-gdid tal-Bank Centrali

PR1474
Date Icon 28/09/1999

Il-Prim Ministru llum ippreżenta l-ittra tal-ħatra ta' Gvernatur tal-Bank Ċentrali lis-Sur Michael C Bonello. Il-ħatra tas-Sur Bonello hi għal sentejn li jibdew fl-1 ta' Ottubru 1999.

Is-Sur Michael C Bonello huwa uffiċjal għoli fil-Konferenza tal-Ġnus Magħquda dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD). Huwa gradwa mill-Universita` ta' Malta fil-lingwi u l-ekonomija fl-1965, u wara studja bħala Rhodes Scholar fl-Universita` t'Oxford fejn gradwa fil-Filosofija, Politika u Ekonomija fl-1969. Fl-istess sena sieħeb il-Bank Ċentrali ta' Malta bħala Research Assistant u aktar tard laħaq Senior Research Officer bejn l-1971 u l-1978. Is-Sur Bonello kien ukoll President tal-Fergħa Maltija taċ-Chartered Institute of Bankers.

Fl-1978 is-Sur Bonello telaq mill-Bank u sieħeb is-settur privat. Huwa kellu numru ta' pożizzjonijiet għolja fil-management u kien ukoll membru tal-Kunsilli tal-Kamra tal-Kummerċ u tal-Federazzjoni ta' l-Industrija.

Fl-1983 is-Sur Bonello sieħeb it-Taqsima tal-Finanzi ta' l-UNCTAD bħala ekonomista fejn baqa' sa l-1989. Minn dak in-nhar is-Sur Michael C Bonello kien Konsulent fl-Uffiċċju tas-Segretarju Ġenerali, mexxa t-taqsima tal-Policy Clearance, serva bħala Uffiċjal Anzjan għall-Affarijiet Ekonomiċi, u, l-pożizzjoni li għandu issa, Assistent Eżekuttiv tad-Deputat Segretarju Ġenerali ta' l-UNCTAD.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow