Left arrow Mur Lura

Riciklagg ta' skart organiku

PR1472
Date Icon 28/09/1999

Matul din is-sena kienu żviluppati aktar is-sistemi ta' 'bir ta' skart isseparat bil-ħsieb li jinħolqu swieq 'odda għall-prodotti li sal-lum għadhom jintremew mal-kumplament ta' l-iskart. B'riżultat ta' dan kienu mgħoddija għas-sistemi ta' riċikla'' lokali madwar 1,250 tunnellata ta' karti, ħ'ie', laned u materjal ieħor li qabel kienu jintremew fil-Magħtab.

Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech f'konferenza ta' l-aħbarijiet dalgħodu li matulha ta dettalji dwar il-kampanja annwali Clean Up the World, li se ssir bejn it-2 u d-9 ta' Ottubru.

Il-Ministru Zammit Dimech irrifera għat-tħejjija ta' strate'ija nazzjonali dwar l-immani''jar ta' l-iskart u qal li l-iskop wara din l-istrate'ija hu li tibda tonqos il-problema ta' l-iskart f'pajjiżna. Hu fakkar li kienet din l-amministrazzjoni li bdiet tieħu l-ewwel inizjattivi biex tikkontrolla din il-problema, u dan bil-bini ta' l-impjant għar-riċikla'' ta' l-iskart organiku.

Hu qal li għalkemm hu minnu li dan l-impjant ħoloq xi problemi, permezz tiegħu ingħalqet il-miżbla ta' Wied Fulija, fil-limiti taż-Żurrieq, u tnaqqset il-ħsara ambjentali li l-iskart organiku kien qed joħloq fil-miżbla tal-Magħtab. Dan minbarra li l-iskart organiku beda jinbidel f'kompost b'benefiċċju kbir għas-settur agrikolu.

Hu żied li l-fatt li qed issir ukoll separazzjoni biex anki skart li mhux organiku jkun riċiklat juri l-impenn tal-Gvern li jieħu kwalunkwe inizjattiva biex kemm jista' jkun jikkontrolla din il-problema. Semma wkoll li l-introduzzjoni ta' ħlas għar-rimi ta' skart fil-Magħtab wasslet biex parti minn dan l-iskart jer'a' jintuża mill-'did fix-xogħol tal-bini flok ma jintefa' fil-miżbla. Minkejja dawn l-isforzi, iżda, sa tmiem din is-sena hu ikkalkulat li fil-miżbla tal-Magħtab ikunu twaddbu aktar minn miljun tunnellata ta' skart.

Il-Ministru Zammit Dimech irrifera wkoll għat-tindif u manutenzjoni li qed isir f'diversi toroq prinċipali, inklużi l-mini ta' l-ajruport, ta' Sta Venera, f'Tal-Qroqq u ta' Regional Road, u re'a' appella lill-pubbliku biex jikkoopera billi ma jħammi'x 'il barra mill-għatba ta' daru.

Dwar il-kampanja Clean Up the World, il-Ministru Zammit Dimech qal li din se tkun id-disa' sena li Malta se tieħu sehem f'din il-kampanja flimkien ma' madwar 100 pajjiżi oħra. Hu żied li s-sena li għaddiet kien hemm kważi 70 organizzazzjoni, kunsilli lokali, intrapriżi, għaqdiet ambjentali u skejjel li ħadu sehem fil-kampanja li saret f'Malta. Bejniethom dawn ipprovdew mal-5,000 voluntier u l-'bir ta' skart ammonta għal aktar minn 70 tunnellata.

Hu qal li l-Ministeru għall-Ambjent jagħti l-għajnuna kollha meħtie'a lil min jieħu sehem, anki billi jipprovdi T-shirts, ingwanti, boroż għall-iskart, skips, għodod u anki makkinarju, filwaqt li kull sena jinħar'u poster u sticker b'messa'' ambjentali bl-iskop li titqajjem kuxjenza akbar favur l-ambjent u l-indafa.

Se jingħataw ukoll rigali ta' flus lil dawk it-tliet l-Kunsilli Lokali li joħor'u bl-aħjar pro'etti ta' tindif.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow