Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jiltaqa' mal-Kunsill Lokali ta' l-Imdina u n-negozjanti tal-lokal

PR1471
Date Icon 28/09/1999

F'laqgha li kellu s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo mal-Kunsill Lokali ta' l-Imdina u mal-kummercjanti li nvestew fin-negozji li jinsabu fl-Imdina, gew trattati s-sitwazzjonijiet li jhabbat wiccu maghhom in-negozju f'din il-Belt ta' kultura mdawra bis-swar, li jzuruha kwantit'? kbira ta' turisti kif ukoll Maltin.

F'din il-laqgha, li damet kwazi saghtejn, gew diskussi l-problemi li kienu komuni ghal dawk kollha prezenti. Bhal ma jigri f'kommunitajiet ohra, fejn hemm l-industrija tat-turizmu tahkem l-interess tan-negozju, insibu dawk li jaghmlu kull ma jistghu biex jigbdu lejhom it-turisti permezz ta' offerti generuzi lit-Tour Operators. Dan ifisser li jkollok toffri commission lil certu gwidi jew tour operators, bl-implikazzjonili meta jsir hekk it-turisti jkunu mehuda f'dawn il-hwienet biss.

In-negozjanti prezenti sahqu li l-hlas tal-commission tfisser spiza zejda fuq in-negozjant. Ghaldaqstant, il-prezzijiet zgur li jkunu xi ftit ghola, izda t-turist ma jkollux ghazla ohra hlief li jzuru dawn il-hwienet maghzulin.

Is-Segretarju Parlamentari wera l-preokkupazzjoni tieghu fuq dan it-tip ta' marketing. Huwa qal li jidher li l-hsara izda qeghdha ssir ghaliex it-turisti qeghdin jindunaw xi jkun jigri u jkunu jafu li fejn qed jigu mehuda jkollhom prezzijiet xi ftit ghola u ghalhekk meta ma jkunx hemm bejgh minn dawn il-hwienet ma jkunx hemm bejgh minn imkien. Ghall-hwienet li ma jhallsux commission din hija ingustizzja. Ghall-hwienet li jhallsu il-commission dan huwa marketing. Ghall-ekonomija li hija ggenerata mit-turizmu dan jista' jfisser telf mid-dhul li jista' jkun hemm mit-turizmu. "Min ma jimpurtahx minn tal-hwienet ghandu jimpurtah minn kemm nistghu niggeneraw dhul ghall-pajjiz mill-bejgh lit-turisti" kompla jghid is-Segretarju Parlamentari.

Is-Segretarju Parlamentari Vassallo qal li dan huwa suggett li jrid ikompli jigi diskuss ma dawk kollha involuti ghax is-soluzzjoni hija f'kemm jistghu jahdmu flimkien in-negozjanti biex niehdu aktar valur mit-turizmu.

Fil-laqgha gew diskussi wkoll it-traffic signs li ghandhom jaqblu kemm jista' jkun ma' l-ambjent, l-effett tal-hsejjes ta' l-airconditioners fuq ir-residenti, l-organizzazzjoni ta' guided tours organizzati mill-Kunsill Lokali, il-karozzini li jistghu qeghdin jaghmlu l-hsara kemm il-darba ma jkollomx ir-roti mghottija bil-lasktu, u l-Muzew tal-Katidral li ghandu problemi finanzjarji kemm il-darba mhux ser ikun hemm izjed nies li jzuruh, u inizjattivi godda kollettivi min-negozjanti tal-lokal.

Is-Segretarju Parlamentari temm jghid li s-success ta' din il-laqgha jkun tas-settur kummercjali kemm il-darba tkompli d-diskussjoni bejn il-Kunsill Lokali u s-Settur Kumercjali. Is-Sur Vassallo wieghed li ser jghin biex jara li dan is-success jasal.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow