Left arrow Go Back

Punti mill-Konferenza Stampa tal-Ministru Austin Gatt waqt il-prezentazzjoni tar-Rapport ghall-Ewwel Sena ta' Hidma

PR1470
Date Icon 28/09/1999

"Hekk kif ftit aktar minn tnax-il xahar ilu, ingħatajna mandat mill-ma''oranza assoluta tal-poplu sabiex immexxu 'l pajjiżna lejn it-Tielet Millennju, bdejna mixjin f'direzzjoni - konxji mill-ostakli li rridu niffaċċjaw, iżda konvinti li se naslu għall-'id tagħna u ta' uliedna".

Dan qalu l-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Dr. Austin Gatt, f'konferenza ta' l-aħbarijiet li saret dal-għodu fl-uffiċċju tiegħu f'Kastilja, meta ħabbar ir-rapport tiegħu għall-ewwel sena ta' ħidma ta' din il-le'islatura: Fid-Direzzjoni t-Tajba.

"F'għeluq din is-sena rridu nagħtu l-ewwel rendikont ta' ħidmietna, filwaqt li npo''u quddiemna, il-miri għal din is-sena li 'ejja," żied jgħid Dr. Gatt.

Matul l-ewwel sitt xhur, dawn ir-responsabbilitajiet diskussi f'dan ir-rapport kienu jiffurmaw parti mid-dikasteru ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru b'Segretarjat Parlamentari apposta, u li mbagħad wara saru parti minn portafoll għalih bħala Ministeru. Il-Ministru Gatt kompla b'dawn il-punti:

Ġustizzja

F'dan il-qasam ħdimna sabiex nagħmlu evalwazzjoni tas-sitwazzjoni eżistenti fil-Qrati, kemm fuq livell ta' riżorsi umani u kif ukoll bħala dak ta' sistemi ta' amministrazzjoni u ta' spazju disponibbli. Kienu maħtura Mħallef u Ma'istrat biex jissostitwixxu Mħallef li rtira bl-et'? u Ma'istrat li kien maħtur Imħallef, filwaqt li appuntajna ħames Deputati Re'istraturi 'odda.

Komplejna nestendu s-sistemi ta' kompjuterizzazzjoni f'diversi sezzjonijiet tal-Qrati, u kif ukoll ppubblikajna l-Li'ijiet ta' pajjiżna fuq CD ROM.

Żdiedet ukoll l-effiċjenza fil-'bir ta' multi u arretrati, fejn fi Frar bdiet titħaddem il-li'i biex f'dawk il-każi fejn il-multi tat-traffiku mposti mill-Qorti jkunu għadhom ma tħallsux, ma ti''eddidx l-liċenzja tal-vettura nvoluta.

Dwar spazju disponibbli, beda proċess sħiħ ta' riorganizzazzjoni fis-sezzjoni ta' l-esibiti u kif ukoll kienet trasferita l-'?assa tal-Pulizija tal-Belt Valletta għal post 'did, sabiex l-ispazju li kien qed jintuża mill-pulizija fis-sular t'isfel tal-Qrati se jintuża bħala post 'did għar-Re'istru tal-Qrati.

Fi ftit 'imgħat oħra mistenni jibda jopera iċ-Ċentru Malti ta' l-Arbitra'', fejn se nwettqu wegħda elettorali oħra u li permezz tiegħu se nistabbilixxu 'l Malta bħala ċentru internazzjonali ta' arbitra'' fi kwistjonijiet kummerċjali.

Dwar il-Qorti tal-Familja, il-Gvern ippubblika r-reazzjoni tiegħu għar-Rapport imħejji minn Kummissjoni maħtura apposta u bħalissa għaddejja ħidma kemm le'islattiva u kif ukoll amministrattiva sabiex, din il-Qorti titwaqqaf kmieni s-sena d-dieħla.

Kunsilli Lokali

Din is-sena kienet sena fejn bis-serjet'? u bil-fatti, tajna direzzjoni ċara lil Kunsilli Lokali. Wara sentejn ta' limbu u ta' qtiegħ il-qalb taħt Gvern Laburista, er'ajna tajna nifs u arja friska lil Kunsilliera Lokali li lkoll qed jifhmu kemm huwa importanti r-rwol tagħhom sabiex pajjiżna jitjieb u j'edded lilu nnifsu.

L-ewwel nett żiedna l-finanzjament sabiex er'ajna 'ibnih daqs kemm kien fl-aħħar sena ta' amministrazzjoni preċedenti Nazzjonalista.

Wettaqna ftehim mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma dwar re-instatement ta' toroq. '?amilna ftehim ieħor mad-Dipartiment tal-Libreriji Pubbliċi dwar l-amministrazzjoni ta' libreriji re'jonali u lokali. Wasalna fuq abbozz ta' ftehim mal-Korporazzjoni Enemalta dwar tibdil ta' lampi tat-toroq eżistenti.

Bdejna naħdmu fuq dik li qed nsejħu ‘Devoluzzjoni Lokali' fejn proprjet'? pubblika tingħata lil Kunsilli Lokali sabiex jamministrawha kif jidhirlhom l-aħjar.

Wettaqna wegħda oħra elettorali permezz ta' emendi għall-Att li jirregola l-Kunsilli Lokali - emendi li mistennija jkunu approvati mill-Parlament, qabel l-elezzjonijiet lokali li jmiss.

Pro'ett kbir u intensiv li se jibdel totalment u għall-aħjar il-mod kif jaħdmu l-Kunsilli Lokali huwa dak tad-devoluzzjoni ta' l-infurzar ta' ċerti li'ijiet permezz tal-Gwardjani Lokali u t-Tribunali Lokali fejn flimkien ma' l-Assoċazzjoni tal-Kunsilli Lokali u mingħajr l-ebda impożizzjoni wasalna sabiex il-Kunsilli bejniethom iffurmaw għaxar gruppi li se jwettqu dan ix-xogħol.

Wasalna wkoll fuq pro'ett ieħor - dak tad-devoluzzjoni tal-ħru' ta' aktar liċenzji li issa se jibda jsir mill-Kunsilli Lokali.

Skema li kienet suċċess tul din is-sena kienet dik tal-Korporazzjoni għall-Impiegi u t-Taħri' msejjħa "Xogħol fil-Komunit'?" fejn nies li qed jirre'istraw għax-xogħol jaħdmu numru ta' siegħat fil-'imgħa mal-Kunsilli Lokali mingħajr ma jitilfu l-ebda benefiċċji li jkunu qed jieħdu.

Pro'ett ieħor ambizzjuz huwa dak ta' l-introduzzjoni ta' sistema kompjuterizzata għall-ilmenti li permezz tagħha se ngħaqqdu l-Kunsilli Lokali mad-Dipartimenti tal-Gvern u entitajiet parastatali biex b'hekk ikun hemm aktar responsabbilit'? fuq min suppost jagħti servizz 'l pubbliku.

Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali

Komplejna l-proċess ta' kompjuterizzazzjoni fl-uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali fejn fost l-oħrajn qed jipprovdi riorganizzazzjoni tar-Re'istru tal-Proċeduri Kriminali. Barra minn hekk, inbeda pro'ett ieħor ta' kompjuterizzazzjoni li se jgħaqqad l-istess uffiċċju mas-sistema tal-kompjuter tal-Qorti.

Quality Service Charters

Hekk kif wegħdna fil-manifest elettorali, il-Gvern beda jaħdem sabiex is-Servizz Pubbliku jibda jimpenja ruħu li jagħti s-servizz f'ħin ra'jonevoli u skond parametri deċiżi minn qabel.

Lejn l-Unjoni Ewropea

Il-Ministeru qed iħejji biex pajjiżna jissieħeb ma' l-Unjoni Ewropea, permezz tal-proċess ta' screening. Fil-fatt kienet introdotta li'i 'dida li tirregola każi fejn isir '?tif ta' Tfal biex b'hekk kienu ratifikati żew' konvenzjonijiet internazzjonali, filwaqt li qed isir xogħol sabiex nirratifikaw erba' konvenzjonijiet internazzjonali oħra.

Konklużjoni

Huwa ta' pjaċir kbir għalina li rnexxielna niksbu dan kollu f'perjodu daqstant qasir u li konvinti li se naslu sabiex nwettqu l-ħsibijiet u l-pro'etti li għandna f'moħħna għal dawn it-tnax-il xahar li 'ejjin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow