Sena Skolastika ohra fl-iskejjel tal-Gvern
PR1465
27/09/1999
Ghal 22,000 tifel u tifla li jattendu l-iskejjel primarji tal-Gvern f'Malta u Ghawdex il-lum kienet il-bidu ta' sena skolastika gdida.
Fil-fatt f'dan il-livell hemm l-akbar numru ta' studenti. B'kollox 11,500 tifel u 10,500 tifla bdew l-iskola. Dawn ghandhom jghallmuhom 1,400 ghalliema kwalifikati.
Ma kienu rappurtati ebda problemi serji f'dawn l-iskejjel primarji hlief ghal xi nuqqasijiet zghar li d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni diga' beda' jindirizza biex tinstab soluzzjoni ghalihom. Dawn il-ftit problemi, bl-ebda mod ma fixklu t-taghlim ta' l-istudenti.
F'xi skejjel ghadhom ma tlestewx xi xoghlijiet li nbdew matul is-sajf biex itejjbu l-facilitajiet fihom, izda huwa ttamat li dawn se jitlestew fil-futur qarib.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN