Ikomplu l-attivitajiet biex tkun imfakkra s-sena Internazzjonali ta' l-Anzjani
L-attivitajiet li jfakkru l-ewwel ta' Ottubru, il-"Jum Dinji ta' l-Anzjani" kif iddikjarat min-Nazzjonijiet Uniti komplew illum. Peress li din is-sena wkoll hija "Is-Sena Internazzjonali ta' l-Anzjani" bit-tema 'LEJN SOCJETA' GHAL KULL ETA' qed isiru attivitajiet specjali ghall-anzjani.
Il-bierah, il-Hadd 24 ta' Settembru 1999, fit-Teatru ta' San Vincenz de Paule, sar kuncert mill-Mihail Jora Philharmonic Orchestra, ta' Bacau, fir-Rumania. L-orkestra kienet taht id-direzzjoni taz-zaghzugh Malti, Alan Chircop.
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, Dr Antoine Mifsud Bonnici illum fetah wirja ta' pittura u ceramika minn Gabriel Caruana. L-artist Gabriel Caruana, li llum ukoll huwa anzjan, tinkludi aktar minn 20 bicca xoghol bit-tema principali l-"SPAZJU". Gabriel Caruana xtaq ukoll jaghti gieh lin-Nutar Vincenzo Maria Pellegrini, li wkoll ghadda l-ahhar zmien ta' hajtu fir-Residenza San Vincenz de Paule. Il-wirja giet imbierka mill-Kapillan ta' l-SVPR Din il-wirja ser tibqa miftuha sal-Gimgha, l-1 ta' Ottubru, 1999.
It-tenuri Andrew Sapiano, Joe Aquilina u Frans Mangion, kif ukoll il-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta, komplew iferrhu lil anzjani fit Teatru tar-Residenza San Vincenz de Paule.
Il-qofol ta' l-attivitajiet li jfakkru il-Jum Dinji ta' l-Anzjani ser tkun is-serata tal-ghoti tal-Premju ‘Anzjan tas-Sena', nhar il-Gimgha, l-1 ta' Ottubru 1999, f'dan l-istess teatru. Is-serata tkun taht il-patrocinju tal-President tar-Repubblika.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN