Il-Ministru tas-Sahha pprezentat b'kopja ta' ktieb gdid
Il-Ministru tas-Sahha Louis Deguara, il-bierah kien prezentat b'kopja tal-ktieb, ‘Rheumaderm- current issues in Rheumatology and Dermatology', minn wiehed mill-edituri tal-ktieb, Dr. Carmel Mallia, ic-Chairman tad-Dipartiment tal-Medicina ta' l-Isptar San Luqa u lecturer fl-Universita. Prezenti wkoll ghall-prezentazzjoni kien hemm Dr. Joe Pace li flimkien ma' Dr. Mallia organizzaw konferenza f'Malta dwar l-istess suggett. Il-co-editur tal-ktieb huwa l-Professur tad-Dermatologija fit-Thompson and Jefferson University ta' Philadelphia, Iouni Uitto.
Il-ktieb huwa rendikont ta' din il-konferenza migbur f'560 pagna u jinkludi fih artikli dwar aspetti tar-rewmatizmu f'Malta. Il-ktieb jinkludi wkoll sezzjonijiet dwar il-kura ta' diversi mardiet tal-gilda u l-gogi.
L-ghan ta' din il-konferenza kien biex jigu diskussi l-oqsma komuni ta' l-ispecjalitajiet tar-Rewmatologija u d-Dermatologija. Il-ktieb jinkludi diversi kontribuzzjonijiet minn specjalisti barranin kif ukoll Maltin fiz-zewg oqsma.
Il-Ministru Deguara rringrazzja lil Dr. Mallia u lil Dr. Pace ghal ktieb u awguralhom aktar successi fl-oqsma taghhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN