Left arrow Mur Lura

Incidenti quddiem il-Qorti

PR1454
Date Icon 24/09/1999

Il-Prim Ministru llum mar il-Qorti biex jixhed, kif inhu dmiru, fil-kawża kriminali li l-Pulizija qed tagħmel kontra Glenn Bedingfield.

Il-Pulizija ressqet lil Glenn Bedingfield għax hu l-awtur ta' ktieb tal-Partit Laburista li jallega li l-Prim Ministru ħa 'urament falz – li gideb fil-Qorti – ħa'a li fil-li'i hi reat kriminali.

Barra l-Qorti dal-għodu kien hemm folla li għajret lill-Prim Ministru, qalet kliem oxxen fil-konfront tiegħu, insulentatu u għamlet 'esti oxxeni lejh. Il-folla n'abret wara kampanja tal-Partit Laburista fuq is-Super One u l-mezzi l-oħra tal-Partit Laburista biex partitarji Laburisti jmorru quddiem il-Qorti.

Imexxu l-folla kien hemm uffiċjali għolja tal-Partit Laburista, fosthom id-Deputat Mexxej, George Vella, is-Segretarju Ġenerali, Jimmy Magro, u d-Deputati Laburisti Michael Farrugia, Noel Farrugia, Marie Louise Coleiro, Joe Cuschieri u Rita Law.

Meta l-Ma'istrat daħal biex imexxi s-seduta, daħlu fl-Awla wkoll id-Deputati George Vella, Michael Farrugia u Marie Louise Coleiro. Din ta' l-aħħar keċċiet persuni li kienu fl-Awla, biex jagħmlu l-wisa' għall-uffiċjali Laburisti.

Meta l-Prim Ministru kien ħiere' mill-bini tal-Qorti sab il-folla tgħajru. Dak il-ħin il-Prim Ministru stieden lid-Deputati Laburisti li kien hemm il-Qorti biex joħor'u miegħu. Dawn ma riedux u minflok qagħdu jistaħbew.

Dawn il-fatti juru li l-Partit Laburista llum re'a' għamel attentat organizzat biex jostakola l-proċess tal-Ġustizzja permezz ta' folla li qabbad ħalli tgħajjar, tgħajjat kliem oxxen, tinsulta u tagħmel 'esti oxxeni kontra xhud tal-Qorti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow