Il-President ta' Malta jinhatar bhala Membru Onorarju ta' Lions Club of Malta (Host)
L-E.T. il-President ta' Malta Guido de Marco illum gie mahtur membru onorarju tal-Lions Club of Malta (Host) waqt zjara ta' kortesija mill-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-Lions Club of Malta (Host)fil-Palazz il-Belt Valletta.
Il-Prof. de Marco wera l-apprezzament tieghu ghax-xoghol siwi li taghmel fil-komunit'? il-Lions Clubb'mod specjali ghall-ghajnuna li dejjem tat lill-Malta Community Chest Fund.
Il-President fahhar l-ispirtu ta' servizz u l-volont'? tal-membri tal-Lions Club li jaghmlu lil din l-assocazzjoni verament wahda internazzjonali li tghix l-ispirtu tal-Lionism bil-motto tieghu "Ahna nservu".
Il-President fakkar fil-bzonn li f'Malta ghandha titwaqqaf assocjazzjoni f'forma ta' Solidarity International li tigbor fiha persuni lesti biex, f'isem Malta, jaghtu l-ghajnuna taghhom fuq bazi volontarja madwar id-dinja skond il-htiega.
F'kelmtejn li ghamel, il-President tal-Lions Club of Malta (Host) David Borg Cardona, f'isem il-Bord tad-Diretturi u l-membri, ferah lill-Prof. de Marco tal-hatra tieghu bhala President ta' Malta.
"Ninsabu certi, Eccellenza, illi inti zgur taghmillna unur, kif bhal fl-imghoddi dejjem ghamilt unur lill Malta fil-karriera twila tieghek balaha politiku, ministru u anke bhala President tal-Assemblea Generali tan-Nazzjonijiet Uniti," is-Sur Borg Cardona qal.
Il-Sur Borg Cardona irringrazzja lill-President ta' Malta talli accetta li jinawgura l-espozizzjoni ta' arti marittima li se ssir fil-Kamra tal-Kummerc nhar it-30 ta' Settembru. Il-qliegh kollu ta' din l-espozizzjoni se jmur ghall-Caritas (Malta).
Il-Lions Club of Malta (Host) taw ukoll donazzjoni lill-Malta Community Chest Fund.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN