Left arrow Mur Lura

Il-Ministru ghal Ghawdex tiltaqa' mal-Kapijiet ta' l-iskejjel fil-bidu tas-sena skolastika

PR1442
Date Icon 23/09/1999

F'laqgha li saret fil-Ministeru ghal Ghawdex il-bierah fil-ghodu, il-Ministru ghal Ghawdex tkellmet mal-kapijiet ta' l-iskejjel dwar il-hidma tal-Ministeru fil-qasam edukattiv f'din l-ahhar sena, kif ukoll dwar pjanijiet f'diversi oqsma tal-qasam edukattiv ghas-sena skolastika gdida ghall-iskejjel Ghawdxin.

Waqt din il-laqgha gie diskuss rapport dettaljat dwar tiswija u manutenzjoni ta' l-iskejjel primarji u sekondarji f'Ghawdex illi gie mhejji minn perit mqabbad apposta. Sabiex sar dan ir-rapport, il-perit zar l-iskejjel governattivi kollha, jigifieri hdax-il skola primarja, zewg skejjel sekondarji u skola post-sekondarja. Waqt dawn l-ispezzjonijiet, gie nnutat illi hafna mill-iskejjel kienu jehtiegu attenzjoni immedjata sabiex tigi evitata aktar deterjorazzjoni ta' dawn l-iskejjel. Meta gie kkommissjonat dan ir-rapport, il-kapijiet ta' l-iskejjel kienu gew mitluba sabiex jindikaw il-bzonnijiet ta' tiswija u manutenzjoni fl-iskola taghhom. Dan ir-rapport jelenka x-xoghlijiet, uhud minnhom estensivi, illi jridu jsiru b'ordni ta' prijorita', kif ukoll ir-rizorsi finanzjarji mehtiega ghal dawn ix-xoghlijiet.

Il-Ministru ghal Ghawdex habbret ukoll ghadd ta' inizjattivi godda, kif ukoll titjib f'inizjattivi ezistenti. Fost l-ohrajn, thabbru regolamenti godda ghal ‘School Twinning Programmes' li ser jigu bis-sehh minn Jannar 2000, illi permezz taghhom din l-attivita' tkun aktar organizzata u taghti rizultati ahjar. Din l-inizjattiva ser tinvolvi ghall-ewwel darba s-sehem tal-Kunsilli Lokali Ghawdxin. Thabbar ukoll programm ta' kampanji u zjarat edukattivi fl-iskejjel Ghawdxin. Dan il-programm jinkludi kampanja edukattiva dwar l-Unjoni Ewropea, laqghat ta' informazzjoni dwar il-Kunsilli Lokali permezz ta' mascot imsejjah Kunsillinu. Attivitajiet ohra jinkludu zjajjar fl-Experimental Farm fix-Xewkija, kampanja ta' informazzjoni dwar is-Socjeta' tas-Salib l-Ahmar u tahdidiet ghall-genituri u ghalliema dwar l-edukazzjoni sesswali.

Il-Ministeru ghal Ghawdex jemmen fl-importanza ta' l-isport u jirrikonoxxi li ghandhom jittiehdu inizjattivi sabiex it-tfal jidraw jiehdu sehem f'attivitajiet sportivi fuq bazi regolari minn eta' zghira. B'hekk, ser tigi mnedija SkolaSport, fil-Kumpless Sportiv fil-belt Victoria, ghat-tfal ta' etajiet bejn is-seba' snin u s-sittax-il sena. Is-sessjonijiet kollha ser jinzammu nhar ta' Sibt bejn id-9.00 ta' filghodu u nofsinhar. Skolasport f'Ghawdex qeghda ssir bil-kollaborazzjoni tal-Kunsilli Lokali Ghawdxin, li ser jiehdu hsieb jikkordinaw t-trasport mill-irhula.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow