Wirja fotografika dwar Gmiel in-Natura
Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech, il-lejla inawgura wirja tal-fotografija, bit-tema Ġmiel in-Natura, organizzata mill-Ministeru għall-Ambjent bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment għall-'?arsien ta' l-Ambjent u l-Malta Photographic Society.
Il-wirja qed issir fil-Plaza Shopping Complex, tas-Sliema, u tibqa' miftuħa għall-pubbliku sas-Sibt, 4 ta' Ottubru.
Ir-ritratti li qed jintwerew iddaħħlu għal kompetizzjoni, li saret għall-ewwel darba, u li kienet miftuħa għall-pubbliku in 'enerali kif ukoll għall-istudenti fi skejjel sekondarji u post-sekondarji. Kull kategorija kienet maqsuma f'żew' taqsimiet: waħda tal-monochrome prints u l-oħra tal-colour prints.
Fil-kompetizzjoni ħadu sehem 18 fil-kategorija tal-pubbliku u sitta fil-kategorija ta' l-iskejjel sekondarji u post-sekondarji.
F'diskors, il-Ministru Zammit Dimech, filwaqt li feraħ lil dawk li rebħu kif ukoll lil kulmin ħa sehem, tkellem dwar ir-rabta li hemm bejn il-fotografija u l-ambjent, b'mod partikolari l-ambjent naturali. Hu qal li l-ambjent joffri opportunit'? lill-artist, sew jekk hu fotografu jew pittur, biex jesprimi s-sbuħija tan-natura kif ukoll biex iwassal il-messa'' li jkun jixtieq.
Wara li iddikjara l-wirja miftuħa, il-Ministru Zammit Dimech qassam il-premjijiet lir-rebbieħa. Dawn huma:
Kategorija tal-pubbliku
Colour Prints: l-ewwel u t-tienipremju – Noel Attard.
- Monochrome Prints: l-ewwel premju – Mario Debono;
it-tieni premju – Anthony Blackman.
Ċertifikat ta' Mertu: Stephen Cutajar, Mark Mifsud u Doris Vella.
Kategorija Skejjel Sekondarji u Post-Sekondarji
- Colour Prints: l-ewwel premju – Aldo Busuttil; it-tieni premju – Lorraine Vella.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN