Chairman ghall-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku
Il-Professur Edward Scicluna gie mahtur mill-Gvern bhala Chairman tal-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku b'effett mill-lum. Il-Professur Scicluna se jiehu post is-Sur Albert Mizzi li okkupa din il-kariga ghal dawn l-ahhar 6 snin.
Waqt laqgha tal-Kunsill, li ghaliha attendew il-Ministru tal-Finanzi, is-Sur John Dalli, u l-Ministru ghall-Affarijiet Ekonomici, il-Professur Josef Bonnici, il-Gvern f'isem il-korpi kostitwiti kollha rapprezentati fil-Kunsill, radd hajr lis-Sur Mizzi ghas-servizz siewi li ta matul dawn is-snin. It-tmexxija ta' forum bhall-Kunsill, li jinkorpora istituzzjonijiet b'interessi konfliggenti u li jridu jingiebu f'konsensus fl-interess komuni nazzjonali, jipprezenta diffikultajiet li jistghu jigu meghluba bil-pacenzja, bit-tattika u bl-esperjenza. Is-Sur Mizzi wera ruhu kapaci jwettaq dan l-inkarigu b'efficjenza u impenn.
Bl-istess mod, il-Professur Scicluna ghandu jgib fil-Kunsill l-esperjenza tieghu biex ix-xoghol jitkompla bir-rizultati mixtieqa.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN