Left arrow Mur Lura

Il-Ministru ghal Ghawdex lura minn zjara fil-Kanada u fl-Istati Uniti

PR1424
Date Icon 20/09/1999

Il-Ministru ghal Ghawdex, Giovanna Debono, waslet lura Malta minn zjara f'Toronto il-Kanada u Detroit u New York fl-Istati Uniti fejn kienet milqugha minn mijiet ta' emigranti Maltin u Ghawdxin. Il-Ministru kienet akkumpanjata mir-ragel taghha u mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ghal Ghawdex.

Fil-fatt il-Ministru Debono, kellha laqghat mad-diversi ghaqdiet tal-Maltin u Ghawdxin. F'dawn il-laqghat il-Ministru fissret u ddiskutiet il-politika prezenti tal-Gvern Malti f'oqsma li huma ta' interess ghall-emigranti li min-naha taghhom laqghu tajjeb hafna d-dispozizzjonijiet li huma mahsuba fl-Abbozz ta' Ligi dwar ic-cittadinanza doppja.

Il-Ministru Debono ltaqghet ukoll ma' imprendituri Maltin u Ghawdxin u stharrget maghhom il-possibilta' ta' investiment fil-gzejjer Maltin. Hija zaret ukoll diversi fabbriki u postijiet ohra tax-xoghol li huma proprjeta' ta' emigranti Maltin. F'Toronto hija qieghdet l-ewwel gebla ta' fabbrika kbira tal-kumpanija Upwardor, kumpanija li timmanifattura l-bibien u li hija l-proprjeta' tas-Sur Tony Aquilina u martu Maria, it-tnejn minn Ghawdex.

Il-Ministru Debono stharrget ukoll il-possibilta' li bil-koperazzjoni u bl-ghajnuna tal-Gozo Club ta' Toronto jitwaqqaf data base tal-Ghawdxin fil-Kanada biex tkun tista' tissahhah iktar ir-rabta ta' l-emigranti u wliedhom ma' gziret twelidhom. Din id-data base tista' tkun estiza ghall-emigranti Ghawdxin f'pajjizi ohra barranin.

Il-Ministru ghal Ghawdex kellha ukoll tahditiet dwar ghajnuna li Organizzazzjonijiet mhux Governattivi Ghawdxin jistghu jiksbu minn ghaqdiet filantropici barranin.

F'Toronto, il-Ministru Debono kienet il-mistiedna ta' l-unur ghal riceviment li sar biex jitfakkar Jum l-Indipendenza. F'din l-okkazjoni il-Ministru iltaqghet ma' diversi rapprezentanti ta' pajjizi barranin kif ukoll ma' emigranti ohra Maltin ta' diversi professjonijiet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow