Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jwiegeb lil GRTU dwar il-Licenzji kummercjali

PR1420
Date Icon 18/09/1999

B'referenza ghall-artikolu li deher f'The Malta Independent tal-Gimgha, is-17 ta' Settembru, 1999.

Is-Sistema ta' l-ghoti tal-licenzi kummercjali jehtieg tkun aktar efficjenti. Is-sistema kif inhi fil-prezent qed tohloq hafna dewmien u stennija bla bzonn ghan-negozjanti. S'issa il-hrug tal-licenzi qieghed f'idejn il-pulizija u l-htigiet tan-negozju llum jitolbu li jkun hemm it-tibdil mehtieg. B'hekk meta s-settur tan-negozju jasal biex jitlob licenza jkun moghti direzzjoni u jkun moqdi ahjar.

Bit-tibdil propost l-ebda negozjant ma huwa ser jitlef xi dritt li s'issa jgawdi mill-licenza ezistenti. Dan kollu gie spjegat fi tliet xhur ta' laqghat li ghamilt ma' kull Settur tan-Negozju. Ghal kull laqgha pubblika kull min kien interessat seta' jattendi. Tal-G.R.T.U. kienu mistiedna wkoll u xi membri attendew u taw sehemhom fid-diskussjonijiet.

Illum, b'rizultat ta' dawk il-laqghat ghandi l-ewwel draft preparat ta' kif nahseb li kull licenza ghandha tkun. Ghal dan il-ghan, qed ikunu ppjanati sensiela ta' laqghat ghal mas-setturi kollha biex maghhom niddiskutu x'kundizzjonijiet ser tkun tigbor fiha l-licenza.

F'dan il-waqt u kas huwa irresponsabbli li l-GRTU tipprova tallarma lis-settur tan-negozju dwar dan it-tibdil li kien diskuss u li ser ikompli jkun diskuss pubblikament.

Dan huwa tibdil mistenni min-negozjant, mehtieg ghall-izvilupp ta' l-istess negozju u ser joffru sistema li tirrispondi b'mod efficjenti ghall-htigiet tan-negozju. B'hekk ser inkunu qeghdin norganizzaw in-negozju mill-gheruq tieghu.

Nistenna koperazzjoni u responsabbilta' minn min hu nteressat li jara lin-negozju jizviluppa. L-interessi ta' kull negozjant huma sagrosanti ghalina lkoll izda l-valur ta' dawn l-interessi rridu naraw li jirrispettaw l-htigiet tal-konsumatur u tal-komunita fid-dawl ta' l-izvilupp socjali tal-pajjiz.

Min irid ir-red light forsi jinteressah izomm il-brakes. Jien irrid il-green light biex in-negozju mmexxuh 'il quddiem.

Nitlob lill-GRTU ma thallatx haga m'ohra. B'dan l-ezercizzju hadd ma hu ser jitlef il-licenza. In-negozju x'jirbah ghandu u m'hux x'jitlef.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow