Left arrow Mur Lura

Ic-Centru Malti ta' l-Arbitragg lest biex jopera malli jkunu approvati l-emendi ghal-Ligi

PR1417
Date Icon 17/09/1999

Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, Dr. Austin Gatt, qal li ċ-Ċentru Malti ta' l-Arbitra'' issa jinsab lest minn kollox u jista' jibda jopera malli l-Parlament japprova l-emendi għal-li'i li tirregola l-operat tiegħu. Il-Ministru qal li hu jittama li dawn l-emendi jkunu fost l-ewwel li jkunu diskussi fil-Parlament meta jer'a' jibda jiltaqa' u meta dan isir, dan iċ-Ċentru ikun jista jibda jilqa l-ewwel każijiet għall-arbitra''.

Huwa qal dan fi żjara li għamel fl-uffiċini fejn se jkun sitwat iċ-Ċentru Malti ta' l-Arbitra'' f'Numru 33, Triq Nofsinhar, il-Belt Valletta. F'din iż-żjara huwa kien akkumpanjat fost l-oħrajn miċ-Chairman taċ-Ċentru, il-Professur David Attard, ir-Re'istratur taċ-Ċentru, is-Sur Godfrey Demarco, u s-Segretarju Permanenti tal-Ministeru, is-Sur Joe Tabone Adami.

Dr. Gatt qal li l-għan li għalih twaqqaf iċ-Ċentru Malti ta' l-Arbitra'' kien dak li jkun aktar faċli sabiex ikun solvuti kwistjonijiet ta' natura legali mingħajr il-ħtie'a li wieħed jirrikorri l-Qorti.

Il-Ministru Gatt għamel enfasi fuq il-ħtie'a li tidħol il-mentalita li l-Qrati mhumiex l-unika soluzzjoni għall-kwistjonijiet li wieħed ikollu, b'mod speċjali fejn il-kwistjonijiet ikunu ta' natura kummerċjali jew jirrikjedu l-użu ta' esperti. Huwa sostna li waħda mill-kunsidrazzjonijiet importanti li wieħed jagħmel qabel jidħol il-Qorti hija dik tad-dewmien.

"Ma hemm l-ebda dubju," qal Dr. Gatt "li l-kwistjoni li tmur quddiem iċ-Centru ta' l-Arbitra'' se tkun deċiża ħafna aktar malajr milli kieku wieħed imur il-Qorti."

Aspett ieħor importanti ħafna huma l-ispejjeż li wieħed jistenna li jħallas meta jagħmel kawża. Il-Ministru Gatt qal li meta wieħed jikkunsidra kollox, kwistjoni deċiża b'arbitra'' tkun tiswa lill-partijiet involuti, ferm anqas milli kieku jmorru l-Qorti.

"Tul dawn l-aħħar xhur, il-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru ħadmu ħafna sabiex fi ftit 'imgħat oħra jkunu jistgħu jibdew jilqgħu l-ewwel każijiet," żied jgħid il-Ministru Gatt.

Xogħol ieħor li sar fl-aħħar xhur kien dak ta' ħolqien ta' Regolamenti dwar Proċedura relatata ma każijiet domestiċi sabiex kull min jirrikorri għall-Arbitra'' fiċ-Ċentru, jkun jaf għal x'hiex dieħel u x'għandu jistenna li jseħħ.

"Wieħed ma jridx jinsa ukoll l-aspett internazzjonali fejn il-Bord tal-Gvernaturi, permezz ta' kuntatt ma istituzzjonijet barranin, qed jaħdem sabiex jistabilixxi iċ-Ċentru Malti ta' l-Arbitra'' bħala ċentru fejn kumpanniji internazzjonali jistgħu isibu soluzzjoni għall-kunflitti li jkollhom bejniethom," kompla Dr. Gatt.

Dr. Gatt awgura li f'dan il-qasam, iċ-Ċentru jkollu l-istess suċċess li pajjiżna kellu fit-twaqqif taċ-Ċentru Malti għas-Servizzi Finanzjarji - MFSC, u li nibdew nattiraw lejn Malta, numru tajjeb ta' arbitra''i internazzjonali.

"Biex dan iseħħ," kompla l-Ministru Gatt, "fost l-emendi proposti, hemm dik biex Arbitration Chambers barranin rre'istrati Malta, jgawdu l-benefiċċji mogħtija mill-Att dwar it-Taxxa. Malta se tiffirma wkoll l-Konvenzjoni ta' New York li permezz tagħha deċiżjonijiet ta' l-arbitra'' meħuda f'Malta jkunu jistgħu ji'u eżegwiti fil-ma''or parti tal-pajjiżi.

Huwa temm billi faħħar liċ-Chairman, lill-Bord tal-Gvernaturi u lir-Re'istratur tax-xogħol kbir li wettqu s'issa u awguralhom li mill-post 'did li kienu qed iżuru jagħmlu ħidma fejjieda sabiex jistabilixxu iċ-Ċentru bħala post ewlieni għall-Arbitra'' kemm fuq livell nazzjonali u kif ukoll fuq livell internazzjonali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow