Il-Gvern ghandhu fiducja fil-bdiewa
B'referenza ghad-diversi stqarrijiet mahruga mill-Oppozizzjoni dwar il-produzzjoni tat-tadam, il-Ministru tal-Biedja u Sajd Ninu Zammit jerga' jiccara li c-cifri kkwotati ta' Lm4,000 u ta' Lm1,700 jirreferu ghal produzzjoni fuq l-istess qies ta' medda ta' art, jigifieri ta' 12.5 tomna, u mhux ghal produzzjoni fuq tomna art.
Meta ddikjarati fi dhul kull tomna, id-dhul totali ghall-bidwi Malti jitla' ghal madwar Lm320 kull tomna u dan bi prezz ta' 4c5 kull kilo. Fil-prezent, id-dhul jilhaq madwar Lm140 minn kull tomna mizrugha tadam u dan bi prezz ta' 8c5. Dan ifisser li b'operat u b'efficjenza akbar, id-dhul ghall-bidwi jista' jizdied b'madwar darba u nofs.
Fid-dawl ta' dan kollu l-Ministru Ninu Zammit temm jghid li l-Gvern ghandu fiducja li l-bdiewa kollha kapaci jkabbru l-produzzjoni tat-tadam u jtellghuha ghall-livell tal-pajjizi tal-Ewropa, jigifieri erbgha (4) darbiet oghla. B'hekk id-dhul tal-bidwi bi prezzijiet Ewropej ikun ta' madwar darba u nofs izjed mid-dhul mill-produzzjoni kif tezisti bi prezzijiet tal-lum.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN