Left arrow Mur Lura

Jum Dinji ta' l-Anzjani

PR1411
Date Icon 16/09/1999

Waqt konferenza stampa illum, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, Dr Antoine Mifsud Bonnici ta dettalji dwar l-attivitajiet li ser jigu organizzati ghal Jum Dinji ta' l-Anzjani li jigi ccelebrat kull sena fl-1 ta' Ottubru. In-Nazzjonijiet Uniti ddikjarat din is-sena bhala s-Sena Internazzjonali ta' l-Anzjani bit-tema "Lejn Socjeta' ghal Kull Eta' "

Ghal din il-Konferenza stampa kienu prezenti is-Sur Joe Zahra, Chairman tal Bank of Valletta Group, is-Sur Philip Chircop mill-EuroInstitute of Music and Arts; u Ms Doris Gauci mir-RichmondFoundation - Malta.

Dr Antoine Mifsud Bonnici habbar illi l-ewwel attivita' ser tkun
nhar il-Hadd 19 ta' Settembru, b'kuncert mill-"MIHAIL JORA PHILHARMONIC ORCHESTRA" ta' Bacau fir-Rumania, fit-Teatru ta' San Vincenz De Paule, Hal Luqa fl-10.30 a.m. Din l-orkestra ta' 70 musicist ser tkun taht id-direzzjoni ta' surmast zaghzugh Malti ALAN CHIRCOP. Din hija l-ewwel zjara f'Malta ta' din l-orkestra famuza u qed issir possibbli bil-kollaborazzjoni tar-"RICHMOND FOUNDATION - MALTA", kif ukoll tal-"EURO INSTITUTE OF MUSIC AND ARTS - MALTA"

Nhar it-Tnejn 27 ta' Settembru fil-Foyer tat-Teatru SVPR fl-10.00 a.m. ser tigi inawgurata wirja ta' pittura u ceramika ta' Gabriel Caruana. Wara jkun hemm spettaklu ta' kant mit-tenuri Andrew Sapiano u Joe Aquilina, u programm mill-banda tal-Forzi Armati ta' Malta ghar-residenti ta' SVPR u anzjani ohra migbura minn diversi djar tal-Anzjani.

L-Erbgha 29 ta' Settembru, ser issir Lejla Maltija fid-Day Centre ta' l-Imtarfa li ghaliha ser ikunu prezenti l-anzjani kollha li jattendu d-DayCentres tal-Gvern. Ser jiehdu sehem il-Budaj u Benny u Tonia.

Nhar il-Gimgha l-1 ta' Ottubru, fit-Teatru San Vincenz De Paule, Luqa ser issir ic-Cerimonja ta' l-ghoti tal-Premju "ANZJAN TAS-SENA" taht il-patrocinju tal-President tar-Republika, il-Prof Guido De Marco.

Fit-23 ta' Ottubru, fit-Teatru San Vincenz De Paule ser isir kuncert mis-Socjeta Filarmonika La Vallette.

Dr Antoine Mifsud Bonnici fil-waqt li rringrazzja lil Bank of Valletta talli qed jisponsorja dawn l-attivitajiet awgura kull success lil kull partecipant biex b'hekk l-anzjani jistghu jhossuhom dejjem integrati fis-socjata' Maltija.

Waqt il-konferenza tkellem ukoll is-Sur Joseph F. X. Zahra, Chairman tal-Grupp Bank of Valletta. Huwa qal li l-BOV huwa kburi li jkun assocjat ma' dawn l-attivitajiet kulturali ta' prestigju li qed jigu organizzati sabiex tigi kkommemorata s-Sena Internazzjonali ta' l-Anzjani. Huwa qal li l-BOV qieghed jimplimenta strategija fejn tinghata importanza ewlenija lejn ir-relazzjoni li l-Bank ghandu ma' kull klijent u fejn qed jigu indirizzati l-bzonnijiet ta' klijenti partikulari. F'dan ir-rigward, il-Bank qed joffri firxa ta' servizzi specifikament ghall-anzjani permezz ta' l-iskema 'Ghall-Anzjani' li tinkludi diversi beneficcji.

Is-Sur Zahra kompla jghid li bhala organizzazzjoni ewlenija fis-settur tas-servizzi finanzjarji, il-Bank of Valletta huwa kommess li jkollu rwol attiv fil-komunita' Maltija. L-isponsorship ta' dawn l-attivitajiet juri li l-Bank tabilhaqq iwettaq ir-rwol socjali tieghu kif ukoll qieghed jippromwovi l-izvilupp kulturali fis-socjeta' Maltija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow