Left arrow Mur Lura

Regolamenti biex ikun kontrollat aktar l-uzu tas-CFCs

PR1410
Date Icon 16/09/1999

Dan il-Gvern hu impenjat li, kif għamel fl-imgħoddi, ikompli jaħdem biex inaqqas l-użu ta' gassijiet li jagħmlu ħsara lis-saff ta' l-ożonu, u dan anki skond l-obbligi li għandu taħt il-Protokoll ta' Montreal. Għal dan l-iskop qed jitħejjew regolamenti 'odda biex ikun kontrollat l-użu ta' CFCs u HCFCs fi prodotti bħal ma huma fridges u sistemi ta' l-arja kundizzjonata.

Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech, dalgħodu meta ħa sehem f'attivit'? li saret f'Misraħ il-'?elsien, il-Belt Valletta, biex jitfakkar il-Jum Dinji għall-'?arsien tas-Saff ta' l-Ożonu.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li dan il-Gvern hu konxju ħafna mit-theddida ambjentali li teżisti kawża tal-ħsara li saret fis-saff ta' l-ożonu, u xhieda ta' dan hi l-inizjattivi li ttieħdu kemm lokalment, kif ukoll f'fora internazzjonali biex tkun kontrollata din il-ħsara.

Fost l-oħrajn hu semma l-inizjattiva ta' Malta li kienet wasslet għall-adozzjoni mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tar-Riżoluzzjoni dwar il-'?arsien tal-Klima Dinjija għall-Ġenerazzjonijiet ta' l-Umanit'? tal-Lum u tal-Futur u l-iffirmar, fl-1988, tal-Konvenzjoni ta' Vjenna u tal-Protokoll ta' Montreal.

Hu żied li għalkemm lokalment il-konsum ta' CFCs hu baxx meta mqabbel ma' dak ta' pajjiżi akbar minna, il-Gvern ħa diversi passi biex jikkontrolla l-użu ta' dawn is-sustanzi. Dawn kienu jinkludu:

• il-pubblikazzjoni fl-1990 ta' regolamenti li permezz tagħhom inżamm għal kollox l-użu tas-CFCs fi prodotti ta' aerosol spray;

• it-tħejjija ta' programm nazzjonali bejn l-1993 u l-1995 biex tkun definita l-istrate'ija meħtie'a ħalli b'mod kontrollat jinqata' l-użu tas-CFCs u sustanzi simili oħra minn prodotti oħra;

• it-twaqqif fl-1993 taċ-Ċentru għal Teknolo'ija Aktar Nadifa biex igħin lill-industrija tnaqqas l-użu ta' sustanzi li jagħmlu ħsara lill-ożonu;

• ir-ratifika, fl-1994, ta' l-emendi ta' Londra għall-Protokoll ta' Montreal;

• il-pubblikazzjoni, fl-1996, ta' regolamenti għall-kontroll ta' sustanzi li jħassru l-ożonu u li permezz tagħhom kienu stabbiliti kundizzjonijiet iebsa fuq l-importazzjoni ta' sustanzi bħal dawn.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li r-regolamenti li qed jitħejjew huma intiżi biex jikkontrollaw l-importazzjoni ta' tagħmir, bħal fridges u sistemi ta' l-arja kundizzjonata, li jużaw sustanzi li jagħmlu ħsara lill-ożonu.

Filwaqt li semma li din is-sena daħlu madwar 300 tunnellata minn dawn is-sustanzi, il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Gvern se jkompli jagħmel ħiltu kollha ħalli jagħti s-sehem sħiħ tiegħu favur il-ħarsien tas-saff ta' l-ożonu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow