Is-sistema tat-thaddim tal-Gwardjani Lokali fi stadju avvanzat
Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, Dr. Austin Gatt qal li li s'issa hemm 84 persuna f'Malta u 21 f''?awdex li lestew il-Kors ta' Tħejjija għall-Gwardjani Lokali u li hemm 28 persuna oħra li jew qed jagħmlu l-Kors bħalissa jew se jibdewh dalwaqt. Hu żied jgħid li skond estimi li qed ifassal il-Ministeru, għad hemm lok għal aktar persuni li huma interessati li jidħlu għal dan ix-xogħol sabiex jattendu għall-Kors ta' Tħejjija. Il-Ministru Gatt sostna li hu importanti li dawn il-persuni qed jingħataw taħri' intensiv, sabiex ikunu kapaċi jwettqu dan ix-xogħol b'mod professjonali u effiċjenti għall-'id tal-komunit'?.
Huwa qal dan f'żew' diskorsi separati fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjoni ta' Jum Piet'? u Jum L-Iklin, li kienu organizzati mill-Kunsilli Lokali rispettivi.
Dr. Gatt ħabbar ukoll li l-Gvern ħare' sejħa għall-offerti għall-sistema elettronika li permezz tagħha se titħaddem l-implimentazzjoni ta' l-infurzar tal-li'ijiet fuq bażi Lokali. Din is-sistema hija waħda kompjuterizzata u kompluta - mill-ħru' tat-ticket mill-Gwardjan Lokali permezz tal-hand held computer, sal-ħlas tal-multa wara li l-każ jinstema' fit-Tribunal Lokali. Fil-fatt bħalissa l-Ministeru qed jistenna d-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kuntratti dwar l-għoti ta' l-offerta sabiex minnufih jibda x-xogħol ta' l-implimentazzjoni.
Huwa ħabbar ukoll li bil-kollaborazzjoni ta' l-Assoċazzjoni tal-Kunsilli Lokali, il-Kunsilli Lokali stess iffurmaw il-gruppi bejniethom li se jħaddmu din is-sistema flimkien, u li l-Ministeru identifika l-għaxar lokalitajiet fejn se jkunu sitwati t-Tribunali Lokali. Dr. Gatt semma wkoll li l-għamara kollha għal dawn it-Tribunali kienet ordnata u mistennija tkun lesta fil-'imgħat li 'ejjin.
"Sejħiet għall-offerti oħra li mistennija jibdew joħor'u dalwaqt huma dawk għall-A'enziji li joffru s-servizz tal-Gwardjani Lokali. Dawn is-sejħiet se jinħar'u direttament mill-Gruppi differenti tal-Kunsilli Lokali," żied jgħid Dr. Gatt. Huwa qal ukoll li saret laqgħa mal-Kuntratturi prospettivi li wrew interess li jidħlu ghall-kuntratt tal-għoti tas-servizz tal-Gwardjani, u kif ukoll mal-Kunsilli Lokali stess biex ikunu mhejjija sabiex iwettqu dan id-dover 'did tagħhom.
Fid-diskors tiegħu fil-Piet'?, il-Ministru Gatt għamel referenza wkoll għad-deċiżjoni li ħa l-Gvern, permezz tal-Ministeru tas-Saħħa sabiex ma jibqax juża l-inċineratur tal-Isptar San Luqa. Huwa qal li kemm il-Kunsill Lokali tal-Piet'? u kif ukoll il-Kunsilli Lokali ta' l-inħawi kienu ilhom jitħabbtu sabiex tittieħed din id-deċiżjoni u ta' min ifaħħarhom li flimkien mal-Gvern Ċentrali kisbu l-għan li kienu ilhom jaħdmu għalih għall-'id tar-residenti tagħhom.
Fid-diskors tiegħu fl-Iklin, il-Ministru Gatt tkellem ukoll dwar il-ħtie'a li f'lokalit'? pjuttost żagħżugħa bħal m'hi dik ta' l-Iklin, il-ħidma tal-Kunsill Lokali għandha tiffoka mhux biss fuq dik li jagħti s-servizzi bażiċi, iżda wkoll li jkun kapaċi joħloq dejjem aktar identit'? partikolari u s-sens ta' komunit'?.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN