Left arrow Go Back

Il-Ligi tal-Periti tidhol fis-sehh fl-1 ta' Ottubru

PR1388
Date Icon 13/09/1999

Il-Li'i dwar il-Periti, li kienet għaddiet mill-Parlament qabel l-elezzjoni ta' l-1996, se tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru li 'ej.

Dan ħabbru l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta l-lejla ltaqa' maċ-Chairman u l-Membri tal-Bord tal-Warrant tal-Periti li qed jitwaqqaf taħt din il-li'i.

Il-persuni maħtura f'dan il-Bord huma: l-Avukat Richard Galea Debono, bħala Chairman għal perjodu ta' tliet snin; filwaqt li bħala Membri nħatru l-Periti Joe Falzon u Simone Chircop f'isem il-Gvern, il-Periti Alex Torpiano u David Pace f'isem il-Kamra tal-Periti, u l-Periti Carmel Cacopardo u Paul Buhagiar, li ntagħżlu permezz ta' elezzjoni sigrieta fost il-periti. Bħala Segretarju nħatar is-Sur Emmanuel Zarb.

Il-funzjoni ta' dan il-Bord jinkludu l-kunsiderazzjoni ta' applikazzjonijiet għall-ħru' ta' warrant ta' perit, u l-approvazzjoni ta' universitajiet jew istituzzjonijiet akkademiċi, minbarra l-Universit'? ta' Malta, li l-kwalifiċi akkademiċi tagħhom ikunu jgħoddu biex persuna tkun tista' tikseb il-warrant ta' perit. Barra minn hekk, il-Bord għandu wkoll il-funzjoni li jirregola l-kundizzjonijiet ta' taħri' prattiku barra minn Malta u li jirregola eżamijiet xierqa u l-perjodu ta' taħri' prattiku.

Il-Bord se jibda jżomm re'istru ta' detenturi ta' warrant u kull sena, mhux anqas minn tliet xhur wara li tintemm is-sena, jippubblika fil-Gazzetta tal-Gvern lista ta' persuni li fi tmiem dik is-sena kienu re'istrati bħala detenturi ta' warrant, kif ukoll lista ta' soċjetajiet re'istrati taħt dan l-Att.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li din il-li'i tirrikonoxxi d-dritt tal-għoti tal-warrant lil persuna li tkun ikkwalifikat minn xi universit'? jew istituzzjoni akkkademika oħra li m'hix l-Universit'? ta' Malta. Dan id-dritt ma kienx jeżisti qabel ma saret din il-li'i. Għalhekk, din il-li'i hi kompatibbli mal-le'islazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea.

Hu qal li permezz ta' din il-li'i, il-professjoni tal-periti tqegħdet f'parit'? ma' professjonijiet simili fl-Ewropa. Fl-istess waqt, il-li'i l-'dida qed tagħti aktar saħħa legali lill-Kamra tal-Periti, li, fost l-oħrajn, se jkollha d-dritt li tinvestiga akkużi ta' m'iba ħażina jew abbużi professjonali kontra periti u li tieħu passi dixxiplinarji f'każ ta' ħtija.

Filwaqt li semma l-ispinta 'l quddiem li din il-li'i tat lill-professjoni tal-periti, il-Ministru Zammit Dimech fakkar fil-benefiċċji kbar li kisbu l-periti impjegati mat-Taqsima tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent bis-saħħa ta' riorganizzazzjoni li saret fil-bidu tas-snin disgħin. Din kienet tinkludi struttura 'dida ta' salarji, skemi ta' inċentivi u allowances u d-dritt li l-periti jkomplu jispeċjalizzaw matul l-impjieg.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow