Left arrow Mur Lura

Il-Ministeru ghall-Biedja u s-Sajd iwiegeb ghal rapport li deher f' "l'Orizzont" dwar it-tkabbir tat-tadam ghall-ghasir

PR1379
Date Icon 10/09/1999

Il-Ministeru għall-Biedja u Sajd jaghmel referenza għall-artiklu "It-tkabbir tad-tadam għall-għasir mhux se jibqa' vijabbli għall-bdiewa" (l-orizzont, 10 ta' Settembru 1999). Dan ir-rapport jagħmel riferenza għal stqarrija mill-kelliem ewlieni ta' l-Oppożizzjoni dwar il-Biedja u s-Sajd, l-Onor. Noel Farrugia.

Il-Ministru għall-Biedja u s-Sajd, il-Perit Ninu Zammit, qal li l-Oppożizzjoni qed tikritika l-fatt li l-bdiewa Maltin kapaċi jipproduċu ma' l-20 qantar tadam minn kull tomna art, meta fl-Ewropa r-rata ta` produzzjoni hija ta` madwar 90 qantar kull tomna art. Il-Perit Zammit kompla jgħid li l-Gvern għandu fiduċja sħiħa fil-bdiewa u r-raħħala u jemmen li b`direzzjoni ta` x`tip ta` prodotti, u ta` x`sistemi ta` produzzjoni jużaw, l-istess bdiewa u raħħala ser jirnexxilhom itellgħu l-livell ta` l-operat tagħhom għal dak Ewropew.

Fir-rigward tat-tkabbir tat-tadam għall-ipproċessar, il-Perit Zammit spjega li din is-sena dan il-prodott 'ab prezz ta` 8c 5 kull kilo, żieda ta` iżjed minn għoxrin fil-mija fuq il-prezz ta` 7c 0 tas-sena l-oħra. Fl-Ewropa, dan il-prezz huwa ta` 4c 5 kull kilo. Biċ-ċifri li ngħataw mill-Oppożizzjoni, ladarba l-bidwi jtella' l-effiċjenza tiegħu għall-livell Ewropew, id-dħul totali għall-bidwi Malti jitla` għal madwar LM 4000 kull tomna u dan bi prezz ta` 4c 5 kull kilo. Fil-preżent, id-dħul jilħaq madwar LM 1700 minn kull tomna miżruha tadam, u dan bi prezz ta` 8c 5.

Il-Ministru Zammit żied jgħid illi ċ-ċifri skond l-Oppożizzjoni jkomplu jikkonfermaw li, bis-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, l-industrija tal-biedja tissaħħaħ u tikber, iżjed u iżjed bid-diversi strutturi ta` għajnuna finanzjarja li toffri l-Unjoni.

B'kuntrast ma` dan, il-politika ddikjarata tal-Gvern preċedenti kienet imfassla biex l-industrija kollha tal-biedja f`pajjiżna kellha tispiċċalha kull forma ta` protezzjoni, u dan barra li l-istess industrija ma kienet ser tirċievi l-ebda għajnuna finanzjarja. Dan kien ifisser li l-istess suq lokali kien ser ji'i fgat b`importazzjoni ta` prodotti bi prezzijiet li l-bdiewa tagħna ma` kienux ser ikunu jifilħu jikkompetu magħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow