Left arrow Mur Lura

Il-Ministeru ghall-Ambjent jwiegeb lil Greenpeace dwar pjan biex tkun rizolta l-problema ta' l-iskart

PR1378
Date Icon 10/09/1999

B'riferenza għall-istqarrija maħru'a llum mill-fergħa lokali tal-Greenpeace, il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech jiċħad li b'xi mod kellu xi pjani biex il-problema ta' l-iskart kollu fil-pajjiż tkun riżolta permezz ta' inċineratur. Għalhekk, dak li stqarrew tal-Greenpeace hu assolutament mhux veru.

Dak li l-Ministru Zammit Dimech dejjem sostna hu li għandu jkun hemm pjan nazzjonali dwar l-immani''jar ta' l-iskart li jsir fuq bażi xjentifika u professjonali, u li f'dak il-pjan, li jrid joħro' sa l-aħħar ta' din is-sena, il-Gvern jindika x'inhuma l-għażliet tiegħu fuq dan is-su''ett.

Dawk l-għażliet jistgħu jinkludu l-proċess magħruf bħala microwaving, apparti mill-prinċipju li l-iskart għandu jitnaqqas u mill-prinċipju li parti mill-iskart għandha tkun riċiklata.

Il-Ministeru għall-Ambjent se jżomm il-wegħda li għamel li jippubblika dan il-pjan nazzjonali qabel l-aħħar tas-sena biex ikun hemm proċess serju ta' konsultazzjoni mal-għaqdiet ambjentali u mal-pubbliku b'mod 'enerali.

Dak li l-Moviment Greepeace jibqa' jippersisti li jagħmel għal skop ta' propaganda, hu li jipprova jieħu l-mertu waħdu għal għażliet li l-Gvern ikun qed jagħmel favur l-ambjent u mingħajr ma jkollu l-prudenza jistenna l-proċess tal-konsultazzjoni pubblika li kien imwiegħed mill-Gvern diversi drabi.

Bħalma l-Gvern preżenti ma qagħadx lura milli jelimina l-faħam mill-power station tal-Marsa, u bħalma issa ma qagħadx lura milli jagħżel is-sistema ta' microwaving għall-Isptar San Luqa, hekk ukoll il-Gvern preżenti mhux se joqgħod lura milli sa l-aħħar tas-sena jħabbar il-pjani konkreti tiegħu kif irid jirriżolvi l-problema ta' l-iskart kollu fil-pajjiż.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow