Il-Ministru tas-Sahha jindirizza l-"Back to School Fair"
Id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha flimkien ma' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Sahha ser jaghmlu studju fost l-istudenti ta' bejn il-11 u l-15-il sena dwar kif jiehdu hsieb sahhithom it-tfal fl-iskejjel ta' pajjizna.
Dan habbru l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara waqt li kien qed jindirizza laqgha ghall-genituri li attendew ghall-‘Back to School Fair'.
Louis Deguara qal li dan l-istudju ser isir ukoll f'pajjizi ohra madwar l-Ewropa kif ukoll fil-Kanada.
L-ghan ta' dan l-istudju hu biex ikun maghruf aktar il-mod kif jghixu l-istudenti u kif tista' tinghata aktar informazzjoni dwar kif jiehdu hsieb sahhithom. Ghan iehor ta' dan l-istudju hu biex il-promozzjoni u l-edukazzjoni fuq is-sahha ikunu aktar effettivi fuq din il-generazzjoni.
L-istudju ser isir fil-klassijiet matul is-sena skolastika bl-ghajnuna ta' l-ghalliema. Sabiex dan l-istudju jkun effettiv hu mehtieg li jkun hemm rispons ta' madwar 4,000 student.
Il-Ministru Deguara qal li d-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha jahdem mill-qrib mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u fost l-ohrajn semma l-attivitajiet li saru matul is-sena l-ohra fl-iskejjel biex inghatat informazzjoni dwar il-kolazzjon nutrittiv u kampanji ohra dwar il-hsara tat-tipjip.
Louis Deguara appella lill-genituri prezenti biex mhux biss iserhu rashom li lil uliedhom ippreparawlhom xi haga x'jieklu waqt li jkunu l-iskola, imma jaraw li dawk li tawhom huwa nutrittiv u tajjeb ghas-sahha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN