Left arrow Go Back

Id-Divizjoni tas-Sahha dwar id-Dipartiment ta' l-Emergenza ta' l-Isptar San Luqa

PR1374
Date Icon 10/09/1999

Wara investigazzjoni li ghamlet id-Divizjoni tas-Sahha b'referenza ghal diversi ilmenti li saru fuq il-mezzi tax-xandir dwar dewmien fid-Dipartiment ta' l-Emergenza ta' l-Isptar San Luqa, irrizulta li;

· Il-bierah f'dan id-Dipartiment bejn is-7:00 ta' filghodu u nofs il-lejl dahlu 115-il pazjent

· Minn dawn, 11 kienu urgenti, 37 kienu semi urgenti u 67 kienu kazi li setghu jistennew.

· Dan ifisser li 58% ta' dawk li zaru dan id-dipartiment ma kellhomx kaz urgenti u ghalhekk hafna minnhom setghu jattendu gewwa wiehed mic-Centri tas-Sahha.

Hafna mid-dewmien ghalhekk seta' jkun evitat kieku il-pazjenti li suppost attendew f'Centri tas-Sahha marru ghal kura f'dawn ic-Centri fejn kienu jinqdew qabel u b'hekk kienu wkoll itaffu x-xoghol minn fuq id-Dipartiment ta' l-Emergenza.

Id-Divizjoni tas-Sahha tappella lill-pubbliku biex jattendi fid-Dipartiment ta' l-Emergenza f'kazi ta' urgenza biss u biex isir aktar uzu mic-Centri tas-Sahha biex b'hekk l-inkonvenjent tal-bierah ma jergax jirrepeti ruhu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow