Il-Ministru tas-Sahha jinawgura Berga gdida f'Tal-Pieta'
Il-ftuh tal-Berga fil-lokalit'? tal-Pieta huwa kapitlu gdid fil-qasam tal-koperazzjoni bejn id-Divizjoni tas-Sahha u l-Kunsilli Lokali.
Dan qalu l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara meta inawgura l-Berga gdida f'Tal-Piet'? li tinsab fil-bini tal-Kunsill Lokali ta' din il-lokalit'?.
Louis Deguara qal li sa mill-bidu tat-twaqqif tal-Kunsill Lokali il-koperazzjoni bejn id-Divizjoni tas-Sahha u l-Kunsilli ma waqfet qatt. Il-Ministru Deguara semma l-ammont ta' attivitajiet li saru mid-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha permezz tal-kollaborazzjoni tal-Kunsilli Lokali, fosthom il-Weight Reducing Clinics. Illum inghata bidu iehor ghal din il-koperazzjoni billi il-Kunsill Lokali tal-Piet'? offra l-bini u s-servizzi ta' tobba privati, filwaqt li d-Divizjoni tas-Sahha xtrat l-apparat u l-ghamara biex tkun tista' tinfetah din il-Berga.
Il-Ministru Deguara qal li ghalkemm kien ilu jinhass il-bzonn ghal klinika f'Tal-Piet'?, ic-cirkostanzi ma ppermettewx li d-Divizjoni tas-Sahha tipprovdi dan is-servizz wahedha u dan minhabba n-nuqqas ta' tobba li ghandha d-divizjoni. Hu kompla jghid li ghall-istess raguni, bhalissa, ic-Centru tas-Sahha ta' Bormla ghadu ma fetahx, minkejja li jinsab lest u dak ta' Birkirkara ghadu mhux jiffunzjona kollu kemm hu.
Filwaqt li fahhar l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali Pieta`, il-Ministru tas-Sahha awgura li jkun hemm aktar inizjattivi simili. Hu kompla jghid li anke permezz ta' diversi organizzazzjonijiet mhux governattivi, illum qed ikun accettat aktar il-fatt li mhux il-Gvern jipprovdi kollox, imma anke dawn l-organizzazzjonijiet jghinu biex is-servizzi tas-sahha f'pajjizna jkomplu jkunu ta' l-oghla kwalita`.
Il-ftuh ta' din il-klinika jkompli jikkonferma kemm kienet ghaqlija d-decizjoni li kien ha l-Gvern li jaghti bidu ghall-Kunsilli Lokali u kemm il-kunsilli mhux biss jahdmu biex jaqdu r-responsabbiltajiet taghhom, li matul l-ahhar sena komplew jizdiedu, imma jimpenjaw irwiehhom biex ir-residenti tal-lokalitajiet taghhom jghixu hajja ahjar u aktar b'sahhita, temm jghid il-Ministru Deguara.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN