Harga ta' l-ewwel Newsletter: "Is-Sahha: Health News"
Il-Kunsill tas-Sahha f'Ghawdex ghadu kif hareg l-ewwel newsletter bl-isem Is-Sahha: Health News. L-ghan ewlieni ta' din in-newsletter huwa li jinforma lill-pubbliku u lill-pazjenti bl-izviluppi fi hdan is-settur tas-Sahha f'Ghawdex. Fl-ewwel harga wiehed isib:
- editorjal fejn jenfasizza l-bzonn ta' koperazzjoni fost il-professjonisti fis-settur tas-sahha;
- l-istat kurrenti ta' l-edukazzjoni antenatal fl-Isptar Generali t'Ghawdex;
- progett ta' Customer Care Improvement;
- statistika relatata mal-pazjenti li juzaw is-servizzi ta' l-Isptar Generali t'Ghawdex;
- it-twaqqif ta' kumitat organizattiv ta' voluntiera;
- informazzjoni relatata mac-Centri tas-Sahha;
- informazzjoni fuq il-Kunsill tas-Sahha t'Ghawdex li gie mwaqqaf dan l-ahhar;
Huwa ttamat ukoll li din in-newsletter sservi ta' lehen ghall-pazjenti, membri ta' l-istaff kif ukoll ghall-pubbliku generali fejn l-opinjonijiet jistghu jigu espressi partikolarment biex ittejjbu s-servizzi tas-Sahha f'Ghawdex.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN