Zjara ufficjali tal-President ta' Malta fil-Vatikan
L-E.T. il-President ta' Malta, il-Professur Guido de Marco u s-Sinjura de Marco dalghodu hallew Malta ghall-Italja, fejn ser jaghmlu zjara ufficjali lill-Qdusija Tieghu l-Papa Gwanni Pawlu II, nhar il-Hamis, 16 ta' Settembru 1999.
Qabel din l-ewwel zjara ufficjali tal-President de Marco, il-President u s-Sinjura tieghu ser iqattghu ftit jiem ta' btala fl-Italja.
Gurnata qabel l-udjenza privata mal-Qdusija Tieghu l-Papa, nhar il-15 ta' Settembru fil-ghaxija, il-President Guido de Marco se jigi milqugh mill-President ta' l-Italja Carlo Azeglio Ciampi, f'laqgha privata fil-Palazz tal-Quirinale.
Il-President se jkollu ukoll laqgha mas-Segretarju ta' l-Istat tas-Santa Sede, il-Kardinal Angelo Sodano, fis-16 ta' Settembru fil-ghaxija.
Il-Professur de Marco u s-Sinjura de Marco jirritornaw Malta nhar it-18 ta' Settembru.
Dalghodu, Dr Guz'? Cassar gie mahtur agent President ta' Malta.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN