Zjarat Kulturali ghal Kulhadd 1999-2000 / Cultural Tours 1999-2000
Nhar il-Hadd, is-26 ta' Settembru 1999 jinghata bidu ghal sensiela ohra ta' 10 ‘Zjarat Kulturali ghal Kulhadd', organizzati mid-Dipartiment tal-Kultura fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.
Ghal din is-sensiela, li tahbat l-10 wahda mill-1991 'il hawn, meta dawn iz-zjarat bdew jigu organizzati mid-Dipartiment tal-Kultura, applikaw biex jippartecipaw 1680 il-entuzjast. Dan huwa numru rekord ta' partecipanti ghal dawn is-sensiliet popolari, li jigu organizzati matul in-nofs ta' nhar ta' filghodu matul il-Hdud tax-xhur bejn Settembru u April.
Ghal 29% ta' dawk li applikaw din ser tkun l-ewwel darba li sejrin jippartecipaw. L-etajiet ta' dawk li ser jattendu jvarjaw min tfal zghar sa anzjani li ghandhom 'l fuq min 90 sena. Mil-lokalit'? ta' Birkirkara gej l-akbar numru ta' partecipanti, segwit minn tas-Sliema, H'Attard, San Gwann, Rahal Gdid u Hal Qormi.
Ghal darb'ohra l-organizzaturi ghazlu 4 ‘Zoni' differenti min fejn ser jibdew jitilqu t-tours. Dawn huma r-Rahal Gdid, ghal dawk li jigu min-naha t'isfel ta' Malta, Birkirkara ghal dawk li jigu min-naha ta' fuq ta' Malta, u l-Furjana u tas-Sliema ghal dawk li joqghodu fic-centru ta' Malta. Peress li n-numru ta' partecipanti huwa kbir kull ‘Zona' giet maqsuma f'zewg gruppi separati. Fil-fatt fis-26 ta' Settembru jibdew din is-sensiela l-ewwel erba' gruppi, filwaqt li fit-3 ta' Ottubru jkun imiss li jibdew il-programm taghhom l-erba' gruppi l-ohra.
Ghal din is-sensiela ta' 10 Zjarat Kulturali, il-partecipanti ser ikollhom dan il-programm:
MIXJA FIL-BELT VALLETTA:
Oratorju tas-Sagrament, Muzew tal-Kon-Kattidral ta' San Gwann u l-Kappella ta' San Gakbu.
MIXJA FIL-BELT MDINA:
Muzew Nazzjonali ta' l-Istorja, Mdina Medjoevali; Tales Of A Silent City.
MIXJA FIR-RAHAL TAL-QRENDI:
Misrah ewlieni tar-rahal, Knisja Parrokkjali; Kappelli ta' San Mattew, tas-Salvatur u ta' Sant'Anna; Tal-Maqluba.
MIXJA F'HAL QORMI:
Muzew tal-Parrocca; Knisja tal-Vitorja u tal-Madonna tal-Hlas; Tribuna ta' Pinto.
MIXJA FIL-BELT VALLETTA:
Dwana; Kappella tal-Madonna ta' Liesse u l-Knisja ta' Santa Lucija; Bieb Victoria.
MIXJA FIR-RABAT:
Knisja ta' San Mark tal-Patrijiet Agostinjani u l-Kunvent; Kunvent Frangiskan u l-Knisja Santa Marija ta' Gesu; Muzew ta' Sant'Agata.
MIXJA FIL-BELT VALLETTA:
The Malta Experience; Kappella tal-Madonna tal-Pilar; Berga tal-Baviera; Knisja tal-Monasteru ta' Santa Katerina ta' Lixandra.
ZJARAT F'BINGEMMA, IMTAHLEB U L-KUNCIZZJONI:
Kappella tal-Madonna tal-Itria, tal-Kuncizzjoni u ta' l-Imtahleb; Bingemma.
ZJARAT FIZ-ZURRIEQ, HAL-SAFI U KALAFRANA:
Kappella ta' Hal-Millieri; Ghar Hasan; Monument Bush-Gorbachov Summit '89; Migbha tan-nahal.
ZJARAT F'SANTA VENERA, H'ATTARD U L-BUSKETT:
Gnien Romeo Romano; Muzew tal-Ghodda; Dar l-Iljuni; Muzew tal-Parrocca ta' H'Attard u l-Muzew ta' l-Inbid fil-Buskett.
Id-Dipartiment jappella biex dawk li diga' ghandom il-membership card jistghu jattendu ghal dawn iz-zjarat. L-Organizzaturi jixtiequ pubblikament jirringrazzjaw lil kull min b'xi mod ta u ser jaghti l-kontribut tieghu biex dawn iz-‘Zjarat Kulturali' ikunu jistghu jigu organizzati, b'mod specjali lil dawk li qed ikunu disponibbli, anke b'sagrificcju personali, biex jifthu dawn il-postijiet ta' interess kulturali fil-hin liberu taghhom u lill-Gwidi, ghax-xoghol imprezzabbli taghhom.
Cultural Tours 1999-2000
Another series of 10 Cultural Tours, organised by the Department of Culture, within the Ministry of Education starts on Sunday, 26th September 1999.
For this new series of these popular Sunday morning Cultural Tours, which happens to be the 10th since the first one organised way back in 1991, a record number of 1680 enthusiasts have applied to participate.
For 29% of those who applied this is their first experience. The ages of those participating vary from young children to persons over 90 years old. Another interesting factor is that from the town of Birkirkara comes the highest number of participants, followed by the localities of Sliema; Attard, San Gwann, Paola and Qormi.
Once again the organisers had to choose four different Departure Zones. These are Paola, for all those coming from the Southern region, Birkirkara from the upper part of the island and Sliema and Floriana for all the others. Due to the large number of people, the organisers had to divide each Zone in two different groups. With this system four from the eight groups start their programme on the 26th of September, while the remaining four groups start their programme on the 3rd of October.
For this new series of 10 Cultural Tours, the participants are going to have this programme:
WALK IN VALLETTA:
Oratory of the Sacrament, Museum of St. John's Cathedral, Chapel of St. Jacob.
WALK IN MDINA:
Museum of Natural History; Mdina in the Middle-Ages; Tales of a Silent City.
WALK IN QRENDI:
Qrendi Main Square; Parish Church; Chapels of St. Matthew, Our Lord the Saviour and St. Ann and 'Tal-Maqluba.'
WALK IN QORMI:
Parish Museum; Tribune of Pinto; Churches of Madonna tal-Hlas and Our Lady of Victories.
WALK IN VALLETTA:
Victory Gate; Customs; Ta' Liesse Chapel and the Church of St. Lucy.
WALK IN RABAT:
Agostinian Church and Convent; Franciscan Church and Convent; Museum of St. Agatha.
WALK IN VALLETTA:
The Malta Experience; Our Lady of Pilar Chapel, Auberge De Baviere; Church of St. Catherine.
VISITS TO BINGEMMA, IMTAHLEB AND KUNCIZZJONI:
Bingemma; Chapels of Imtahleb, Immaculate Conception and Our Lady of Itria.
VISITS TO ZURRIEQ, SAFI AND KALAFRANA:
Chapel of Hal-Millieri; Hasan's Cave; Bush-Gorbachov Summit '89 Monument; Bees Upgrading.
VISITS TO SANTA VENERA, ATTARD AND BUSKETT:
Romeo Romano Garden; Tools Museum; Casa Leoni; Attard Parish Church Museum and the Wine Museum in Buskett.
Only persons holding the Membership Card are eligible to attend. The organisers would like to thank all those who with their generous help are contributing to organise these Cultural Tours.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN