Left arrow Mur Lura

Inghata bidu ufficjali ghac-Celebrazzjonijiet tal-Millenju f'Ghawdex

PR1357
Date Icon 09/09/1999

F' '?awdex, fil-Belt Victoria, nhar it-Tlieta 7 u l-Erbgħa, 8 ta' Settembru 1999, ingħata bidu uffiċjali għaċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Millennju. Il-programm intensiv għall-ftuħ uffiċjali kien mifrux fuq jumejn u 'ie milqugħ bi ħ'aru mill-pubbliku '?awdxi u oħrajn.

Iċ-ċentru tal-gżira '?awdxija ħa lill-vizitatur lura ferm fiż-żminijiet permezz ta' Ċelebrazzjoni ta' Ġrajjietna - fit-toroq prinċipali kien saru parati mill-Kavallieri ta' l-Ordni ta' San Ġwann, kif ukoll mill-Istakkament Saluto al Gonfalone (Tislima lill-iStandard tal-Fidi), il-Banda u l-Kavallerija tal-Pulizija, u l-Forzi Armati ta' Malta.

Fil-Kattidral, l-E.T. Mons. Nikol Ġ. Cauchi, Isqof t''?awdex, ikkonċelebra Quddiesa Solenni bil-kant tad-Te Deum. Kienu preżenti wkoll il-Kavallieri ta' l-Ordni ta' San Ġwann, u numru ta' persuni distinti, mmexxija mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal '?awdex.

Nhar it-Tlieta filgħaxija saret l-inawgurazzjoni mill-Onorevoli Ministru għal '?awdex, is-Sinjura Giovanna Debono, ta' l-Arlo'' u l-Qanpiena tal-Millennju li tqiegħdu fil-pjazza ewlenija, Pjazza Indipendenza. Kemm l-Arlo'', kif ukoll il-Qanpiena tal-Millennju ser jibqgħu fil-post sa Jannar 2000, meta fil-lejl ta' bejn il-31 ta' Diċembru 1999 u l-1 ta' Jannar 2000 jimmarkaw it-transizzjoni lejn it-Tielet Millennju. L-E.T. Mons. Nikol Ġ. Cauchi, Isqof t''?awdex, bierek is-Salib tal-Millennju li tqiegħed ukoll fi Pjazza Indipendenza.

Nhar l-Erbgħa, 8 ta' Settembru, Jum il-Vittorja, fi Pjazza Indipendenza saru parati u siltiet mużikali mill-Banda tal-Pulizija, kif ukoll diskorsi kommemorattivi sabiex ji'i ċċelebrat dan il-jum storiku. Wara, ingħata bidu għal inizjattiva oħra tal-Kumitat Ċelebrazzjonijiet tal-Millennju. Waqt Stepping into Art artisti, skulturi u oħrajn ħaddmu biċċiet ta' l-arti fit-tara' tat-Telgħa tal-Kastell, waqt li kienu mdawwrin bi stalls fejn 'ew esebiti u mibjugħa pjanti u fjuri minn distributuri Maltin u '?awdxin.

Il-ftuħ uffiċjali taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Millennju f''?awdex seħħu mhux biss fil-belt kapitali tal-gżira, iżda ma' kull rokna ta' Għawdex. '?al din l-okkażjoni, l-14-il Kunsill Lokali, Skejjel u Dipartimenti tal-Gvern u Organizzazzjonijiet kemm statali kif ukoll parastatali, żejnu l-faċċata tal-bini tagħhom bi bnadar u mixgħela. L-istess seħħ fil-pjazez ewlenin ta' kull raħal tal-gżira, fejn twaħħlu bnadar u bandalori għall-okkażjoni.

Fl-okkażjoni tal-ftuħ uffiċjali taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Millennju f'Għawdex, il-lokalitajiet '?awdxin ikkoperaw mal-Kumitat Ċentrali biex ilkoll flimkien jilqgħu bi ħ'arhom it-Tielet Millennju tal-Kristjaneżmu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow