Left arrow Mur Lura

Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma twiegeb lill-Kap ta' l-Oppozizzjoni dwar il-qaghda finanjarja taghha

PR1354
Date Icon 07/09/1999

Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma tirreferi ghar-rimarki dwar is-sitwazzjoni finanzjarja taghha li gie rappurtat li ghamel l-Onor. Alfred Sant, Kap ta' l-Oppozizzjoni nhar is-Sibt, 4 ta' Settembru 1999.

Il-Kap ta' l-Oppozizzjoni allega li:

  • Il-Gvern se jkollu johrog Lm2 miljuni f'sussidju lill-Korporazzjoni aktar milli kien previst.
  • Il-Korporazzjoni daret fuq il-banek lokali biex tissellef Lm5 miljuni ghax tinsab dahra mal-hajt.

Irid jinghad li l-figura ta' Lm11.8 miljun li kellha tircievi l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma minghand il-Gvern din is-sena tikkonsisti fi

  • Lm10 miljuni sussidju li l-Gvern ihallas biex jaghmel tajjeb ghad-differenza bejn kemm jiswa l-ilma lill-Korporazzjoni u kemm titlob ghalih lill-konsumatur.
  • Lm1.8 miljun ohra li huma sussidju li l-Gvern jaghti biex il-Korporazzjoni thallas lill-istess Gvern l-interessi dovuti lilu fuq debenture stock ta' Lm31.4 miljuni li hu l-valur ta' l-assi li l-Gvern ghadda lill-Korporazzjoni meta twaqqfet.

Mil-Lm10 miljuni sussidju, il-Gvern diga' ghadda lill-Korporazzjoni Lm8.5 miljuni u ghalhekk id-differenza li baqa' (Lm1.5 miljuni) mhix oltre dak previst fl-estimi ta' din is-sena.

Minhabba li l-kontijiet lill-konsumatur waqghu lura u b'hekk ingabru anqas flus milli previst, il-Korporazzjoni talbet lill-Gvern biex jghaddilha wkoll miljun lira ohra b'mod temporanju ghal ftit xhur. Dawn jithallsu lura sa Marzu 2000, jew jitnaqqsu mis-sussidju tas-sena 2000.

Is-self mill-banek li qed tfittex taghmel il-Korporazzjoni mhux wiehed oltre dak li kien previst fl-estimi tal-Korporazzjoni. Dan ghaliex self ta' Lm5.6 miljuni li kien indikat fil-budget tal-Korporazzjoni ghas-sena 1996/97 - liema self kien gie negozjat f'Awissu 1997 - ma kienx gie utilizzat kollu sa Mejju 1998. Ghalhekk baqa' ma sar l-ebda self ghall-programm ta' xoghlijiet kapitali tal-1997/98 u 1998/99.

Is-self li qed jintalab issa huwa biss daqs il-valur tax-xoghlijiet kapitali previsti fil-budget tal-Korporazzjoni ghas-sena 1997/98.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow