Left arrow Mur Lura

Kumitat Celebrazzjonijiet tal-Millenju f'Ghawdex

PR1350
Date Icon 06/09/1999

Il-Kumitat Ċelebrazzjonijiet tal-Millennju fi ħdan il-Ministeru għal '?awdex huwa magħmul minn 12-il membru li jirrapreżentaw setturi varji tal-kommunit'? Għawdxija. Sa mill-ħolqien tal-Kumitat fil-bidu t'April ta' din is-sena saret laqgħa regolari kull 'imgħa. F'dawn il-laqgħat saret ħidma ntensiva biex tħejja programm ta' attivitajiet u inizjattivi li jwasslu sa l-10 ta' Frar 2001. Biex jgħinu fil-preparazzjonijiet u t-twettieq ta' dan il-programm il-Kumitat waqqaf disa' sotto-kumitati bi speċjalizzazzjonijiet partikolari.

Tul iż-żmien li ilu jiffunzjona, dan il-Kumitat di''? wettaq numru ta' attivitajiet u inizijattivi li qed isiru bl-intenzjoni li jservu biex lill-poplu '?awdxi jagħmluh aktar konxju tal-fatt li ninsabu fuq l-għatba tat-Tielet Millennju.

Matul ix-xhur li għaddew, il-Kumitat Ċelebrazzjonijiet tal-Millennju f'Għawdex ħejja diversi attivitajiet li wasslu sabiex fil-jiem li 'ejjin ninawguraw uffiċjalment iċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Millennju.

Il-fażi preparatorja kienet imżewqa b'parteċipazzjoni ta' gruppi barranin bħall-gruppi folk mir-Russja u Ċipru, kif ukoll id-Duo Chitarristico, l-Orkestra ta' Maremma, u l-kwartett ta' Sassofonisti mill-Italja. Il-London College of Dance mill-Ingilterra taw spettakli ta' żfin f'żew' lokalitajiet '?awdxin filwaqt li Ars Antiqua de Paris taw kunċert ta' mużika medjevali fiċ-Ċittadella. F'Għawdex kellna diversi kunċerti minn baned u orkestri barranin bħall-Mediterranean Youth Orchestra, Ely Cathedral Boys Choir, u l-British Youth Band kif ukoll Kolbotn Band min-Norwe'ja. L-aħħar serata b'parteċipazzjoni ta' kantanti barranin kienet dik ta' Festa all'Italiana fejn siltiet operistiċi 'ew interpretati minn kantanti operistiċi li kienu hawn għall-okkażjoni.

Matul ix-xahar ta' Mejju, bil-kollaborazzjoni ta' l-Universit'? ta' Malta, il-Prof. Roberto Prandin offra kors ta' ManagementArtistiku fiċ-Ċentru li l-Universit'? għandha fix-Xewkija.

Attivit'? oħra li tella' il-Kumitat Ċelebrazzjonijiet tal-Millennju f'Għawdex kienet dik f'Jum id-Droga, b'lecture immirat partikolarment lejn iż-żgħażagħ, mill-Prof. Sbrogio.

Sabiex ti'i kkommemorata żjara uffiċjali li għamel l-E.T. il-President ta' Malta, il-Prof. Guido De Marco, f'Ġunju li għadda, 'ew organizzati diversi attivitajiet matul il-'urnata li laħqu l-qofol tagħhom b'kunċert fl-apert minn mużiċisti mill-orkestra tat-Teatru Manoel.

Matul dawn l-aħħar xhur ta' fażi preparatorja, il-Kumitat Ċelebrazzjonijiet tal-Millennju organizza żew' Festivals - inizjattivi li jagħtu indikazzjonijiet li ser jibqgħu jsiru fil-futur. Ġgantija Festivalu Dwejra Festival kienu vetrina ta' talent kemm barrani kif ukoll Malti.

Fit-tlett ijiem tal-festival li 'ie organizzat biswit is-sit storiku tat-tempji tal-Ġgantija, rajna spettakli ta' żfin minn Gruppo Danza Oggi mill-Italja, kif ukoll minn Yada Dance Company minn Malta. Knox Academy Singers mill-Iskozja flimkien ma' St. Monica Choir tellgħu kunċert fit-tieni 'urnata filwaqt li l-'urnata tal-'?add 4 ta' Lulju kienet ikkaratterizzata minn ‘Open Day' tat-Tempji kif ukoll wirja ta' l-arti minn artisti u skulturi tal-lokalit'? tax-Xagħra.

Dwejra Festival kien ukoll imqassam fuq tlett ijiem, fejn rajna wirja kollettiva minn 16-il artist '?awdxi u barranin residenti f''?awdex, kif ukoll tliet serati ta' għana u żfin folkloristiku minn gruppi '?awdxin u Maltin, bħal Mnarja Folk Group, Aurora Folk Group, Astra Folk Group u Daphne Lungaro Folklore Dancing.

Nhar it-Tlieta u l-Erbgha, 7 u 8 ta' Settembru 1999, fic-centru tal-gzira Għawdxija ser jittella' l-programm NIĊĊELEBRAW ĠRAJJIETNA b'pageantry u ċelebrazzjonijiet mal-Belt Victoria li jmorru lura fiż-żmien. Matul dawn il-jumejn se ssir trasformazzjoni sħiħa ta' din il-belt li kienet xhieda ta' tant episodji li sawru 'rajjietna.

IT-TLIETA 7 TA' SETTEMBRU

Fis-7.00pm

Quddiesa bil-Kant tat-Te Deum, bil-parteċipazzjoni ta' l-E.T. Mons. Isqof Nikol Ġ. Cauchi, flimkien mal-Kavallieri ta' l-Ordni ta' San Ġwann. Preżenti l-Ministru għal '?awdex, l-Onorevoli Giovanna Debono.

7.30pm

Parata mill-istakkament tal-Saluto al Gonfalone, li tgħaddi minn diversi toroq ċentrali tal-Belt Victoria - tluq minn Pjazza Santu Wistin, Triq Palma, Triq ir-Repubblika, it-Telgħa tal-Kastell, sa Pjazza Katidral.

7:50p.m.

L-Onor. Ministru u l-mistednin jitwasslu sa Pjazza Independenza, wara liema żgħażagħ '?awdxin jerfgħu s-Salib tal-Millennju, u akkumpanjati mill-Kavallieri ta' San Ġwann, jaslu fi Pjazza Indipendenza, fejn jitqiegħed is-Salib tal-Millennju fil-post imħejji għalih.

8:15p.m.

Diskorsi ta' l-okkażjoni minn żew't itfal '?awdxin li jagħtu proponimenti għall-Millennju l-'did, miċ-Chairperson tal-Kumitat Ċelebrazzjonijiet tal-Millennju f'Għawdex, kif ukoll mill-Onor. Ministru għal '?awdex.

8:30p.m.

Inawgurazzjoni ta' l-Arlo'' tal-Millennju. Feu de joi mill-Arkibużjeri ta' l-istakkamcnt. Daqq ta' tliet tokki tal-Qanpiena tal-Millennju mill-Onor. Ministru.

8:35p.m.

Daqq ta' l-Innu Malti. Logħob tan-nar fl-ajru.

8:40p.m.

L-Istakkament Saluto al Gonfalone joħor'u mill-Pjazza Independenza f'parata li tgħaddi minn Pjazza San Ġor', Triq Karit'?, Triq Vajrin'a sa Pjazza Santu Wistin.

8:45p.m.

Tluq ta' l-Onor. Ministru u mistednin minn Pjazza Independenza.

Nhar it-Tlieta filgħaxija, f''?awdex se jinghata bidu uffiċjali għaċ-ċelebrazzjonijiet li jwasslu għat-Tielet Millennju.

L-ERBGHA 8 TA' SETTEMBRU - Jum il-Vitorja

8:50 a.m.

Tluq ta' parata mill-Banda tal-Pulizija minn Pjazza Savina sa Pjazza Independenza.

8:55 a.m.

Wasla ta' l-Onor. Ministru Giovanna Debono fi Pjazza Independenza fejn il-Banda tal-Pulizija ddoqq żew' siltiet mużikali.

9:05 a.m.

Qari ta' Poeżiji miktuba minn Ġuże' Chetcuti u Ġor' Pisani.

9:10 a.m.

Diskors kommemorattiv miż-żagħżugħ Pierre Meilak.

9:20 a.m.

Tqegħid ta' kuruna mal-Monument ta' Kristu Re mill-Onor. Ministru Giovanna Debono, segwita mill-President Kumitat Festi Nazzjonali u Popolari, miċ-Chairman Kumitat Ċelebrazzjonijiet tal- Millennju u minn organizzazzjonijiet oħra governattivi u mhux governattivi.

9:25 a.m.

Daqq ta' l-Innu Malti.

9:28 a.m. Tluq ta' l-Onor. Ministru Ġiovanna Debono minn Pjazza Independenza.

9:30 a.m.

'?ru' tal-banda tal-Pulizija minn Pjazza Independenza f'parata li tgħaddi minn Triq r-Repubblika, Triq Putirjal sa Pjazza San Fran'isk.

10:00 a.m.

Entertainment minn beat groups Għawdxin fi Pjazza Independenza.

Stepping into Art– Fit-telgħa tal-Kastell se jkun hemm skulturi u diversi artisti jaħdmu xogħol live fit-tara' tat-telgħa. Fl-istess ħin isir ‘sale' kbir tal-pjanti li bihom ikunu mżejna l-istess tara' u Pjazza Independenza.

1:00 p.m.

Tmiem ta' l-attivit'?.

Programm ta' Attivitajiet u Inizjattivi minn Ottubru 1999 sa Frar 2001

Ottubru 1999

Festa Kappelli - Permezz ta' restawr, mixgħela u weekend ta' attivitajiet kulturali u edukattivi, jinħoloq għarfien għall-kappelli żgħar tal-kampanja li hemm f'Għawdex.

Mixja taċ-Ċivilt'? - Il-Kumitat flimkien mal-Kunsilli '?awdxin ser jorganizza ċelebrazzjoni ambulanti li timxi minn raħal għall-ieħor skond kif imxiet iċ-ċivilt'? f'Għawdex. Waqt din il-mixja tinbena wirja b'esebiti relatati maċ-ċivilt'? f'dik il-lokalit'?. Din il-wirja tikber b'żidiet ta' esebiti li jittieħdu minn raħal għall-ieħor.

Novembru 1999

Festa tal-Korijiet - B'kollaborazzjoni mad-Djoċesi t'Għawdex, f'diversi rħula Għawdxin, il-Kumitat ser jorganizza festa bil-parteċipazzjoni ta' diversi korijiet Għawdxin, Maltin u barranin.

Diċembru 1999

Ċelebrazzjonijiet tal-25 Anniversarju ta' Malta Repubblika

Ċelebrazzjonijiet tal-Milied

Tmiem il-Millennju u bidu ta' Millennju l-'did - Triq ir-Repubblika tinbidel f'attivit'? waħda ta' mużika, żfin, varjet'? spettakolari, big screens b'kollegamenti ma' Malta u barra, kif ukoll bil-parteċipazzjoni tal-baned kollha '?awdxin u anke mistiedna minn barra. Matul Triq ir-Repubblika ser ikun hemm palkijiet differenti li joffru spettakli varji.

Jannar 2000

Kunċert ta' l-Antifoni Għawdxin - kunċert kollettiv ta' antifoni diversi tal-parroċċi differenti li hemm Għawdex.

Frar 2000

10 ta' Frar - Jigi celebrat Millennju ta' Fidi. Fl-okkażjoni ta' l-10 ta' Frar, ser tittella' attivit'? li fiha jigi ccelebrat elfejn sena ta' fidi.

Il-Karnival tal-Millennju

Marzu 2000

Wirja ta' arti u teżori sagri Għawdxin - wirja professjonali li tkun ti'bor fiha uħud mill-wirt artistiku li nsibu fil-knejjes Ghawdxin u li ħafna minnu qatt ma 'ie esibit għall-pubbliku.

Festa Nazzjonali - 31 ta' Marzu.

April 2000

Festival Operistiku - b'kollaborazzjoni maż-żew' teatri ta' l-opra Għawdxin.

Mejju 2000

Ċittadella Fest - fiċ-Ċittadella, festa ta' fjuri, arti, kultura u spettaklu.

Ġunju 2000

Festa Nazzjonali - 7 ta' Ġunju

Festival u Konferenza Mediterranea tal-Folk

Lulju 2000

Ġgantija Festival - it-tieni edizzjoni ta' dan il-festival ħdejn it-Tempji tal-Ġgantija.

Awissu 2000

Dwejra Festival - it-tieni edizzjoni, fil-bajja pittoreska tad-Dwejra

Settembru 2000

Regatta tradizzjonali bejn l-irħula '?awdxin - regatta b'pageantry marbuta mal- wasla tal-Granmastru fuq gondola.

Ottubru 2000

Festival tal-Baned - bis-sehem ta' baned Għawdxin, Maltin u barranin.

Jum Għawdex - għall-ewwel darba ji'i ċċelebrat Jum '?awdex. Inawgurazzjoni tal-Monument tal-Millennju.

Novembru 2000

Festa tal-Korijiet - it-tieni edizzjoni

Diċembru 2000

Festa Nazzjonali - 13 ta' Diċembru

Ċelebrazzjonijiet tal-Milied

Ċelebrazzjoni ta' tmiem is-sena

Jannar 2001

Festival tal-Kanzunetta '?awdxija - festival kompetittiv bejn kantanti '?awdxin

Frar 2001

Ċerimonja ta' Egħluq iċ-Ċelebrazzjonijiet Millennarji.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow