Left arrow Go Back

Sena ta' hidma fis-settur ta' l-edukazzjoni f'Ghawdex

PR1346
Date Icon 04/09/1999

Il-Ministeru ghal Ghawdex ikkommissjona rapport serju u dettaljat imhejji minn perit tal-Gvern sabiex fuqu jigu stabbiliti l-prijoritajiet tal-Ministeru f'dak li ghandu x'jaqsam ma' xoghol ta' manutenzjoni u kostruzzjoni fl-iskejjel kollha tal-Gvern f'Ghawdex. Dan ir-rapport jinkludi pjan t'azzjoni fuq medda t'erba' snin.

L-ewwel parti tar-rapport illi ser tigi implimentata sa tmiem din is-sena jinkludi diversi progetti ambizzjuzi, fosthom il-bini u l-attrezzar ta' estensjoni ta' l-iskola post-sekondarja Sir M A Refalo sabiex jinkorpora fih erba' laboratorji tax-xjenzi u tal-computers. Din l-estensjoni li nbeda x-xoghol fuqha dritt wara l-elezzjoni ta' l-1998, ser tiswa madwar Lm250,000. Xoghol iehor estensiv huwa dak tal-bdil jew introduzzjoni ta' twieqi u bibien godda ta' l-aluminium fil-Kumpless Ninu Cremona, fl-iskola primarja ta' Sannat u fl-iskola post-sekondarja Sir M.A. Refalo. Dan huwa progett li ser jiswa madwar Lm40,000.

Progett kbir iehor ser isir fl-iskola primarja tal-Qala fejn ser issir refurbishment generali ta' l-iskola li tinkludi bidla tas-sistema elettrika, upgrading tal-klassijiet, t-toilets u l-ufficcji amministrattivi u immodernizzar tas-Sala ta' l-Iskola. Dan il progett ta' madwar Lm50,000 ser ikun wiehed pilota. Dan minbarra xoghlijiet ohra ta' manutenzjonji u tibjid li saru fl-Iskejjel Ghawdxin mit-taqsima tac-C.M.U. fil-Ministeru ghal Ghawdex. F'kollaborazzjoni mal-MITTS matul din is-sena inbeda x-xoghol preparatorju kollu ta' wiring u trunking, marbuta mal-progett ta' l-Information Technology System fl-iskejjel kollha Ghawdxin.

Saret ukoll hidma intensiva biex matul is-sena skolastika li jmiss tinghata spinta lill-iskejjel ta' l-Arti, Drama u Muzika f'Ghawdex. Din il-hidma qed tissarraf mhux biss f'numru ikbar ta' studenti f'dawn l-iskejjel, izda wkoll f'zjieda sostanzjali fil-varjeta tal-korsijiet offruti minn dawn l-iskejjel.

Hidma ohra saret ma' l-Ispecial Unit ta' Sannat, fejn gew identifikati il-bzonnijiet urgenti u partikulari ghal din l-iskola u sar pjan biex dawn jigu indirizzati fl-iqsar zmien possibbli. L-ikbar bzonn, dak ta' ghalliema godda fil-Unit, ser ikun milqugh f'din is-sena skolastika b'zewg ghalliema li ser jigu trasferiti mal-Unit.

Minn din is-sena ser tigi introdotta laqgha tal-Ministru mal-Kapijiet ta' l-Iskejjel qabel ma jergghu jinfethu l-iskejjel, biex mhux biss tinformhom bil-hidma li ser issir mill-Ministeru fl-iskejjel matul is-sena skolastika izda wkoll b'inizjattivi godda li ser jigu introdotti minn din is-sena bhal School Twinning Programme, tahdidiet dwar l-E.U. fl-iskejjel, zjajjar u talks fil-Farm tal-Gvern fix-Xewkija, programm ta' laqghat ghall-genituri u ghalliema dwar l-Edukazzjoni Sesswali, ir-re-introduzzjoni tas-servizzi ta' Extra-Curricular Activities Organizer u l-introduzzjoni ta' Skolasport.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow