Konferenza ta' l-Ahbarijiet tal-Prim Ministru
Fid-Direzzjoni t-Tajba
"Nhar il-5 ta' Settembru 1998 il-poplu Malti kien rega' ntalab jaghzel Gvern, wara li l-Gvern ta' Dr Alfred Sant kien ikkollassa wara biss tnejn u ghoxrin xahar.
Fl-elezzjoni ta' sena ilu, il-poplu kien ta lill-Partit Nazzjonalista maggoranza kbira biex iwettaq il-programm tieghu. Dak kien programm immirat li jaghti Direzzjoni lill-pajjiz, b'hekk ikattar il-Fiducja tal-poplu fih innifsu, u allura jitkattar il-gid.
F'din l-ewwel sena ta' Gvern il-kollegi tieghi u jien hdimna bis-shih biex ergajna qieghdna 'l pajjizna Fid-Direzzjoni t-Tajba, u b'hekk jibda jitwettaq il-programm tal-Gvern.
Wahda mill-ewwel azzjonijiet li ha l-Gvern kienet ir-riforma fil-hlasijiet tal-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma. Kulhadd jiftakar il-problemi socjali u problemi ghall-ekonomija, li kienu kkawzati miz-zidiet goffi li dahhal il-Gvern ta' Dr Alfred Sant. Bidla ohra kienet l-introduzzjoni mill-gdid tal-VAT li hadet post it-taxxa li kien ivvinta Dr Alfred Sant li kienet ghamlet tant hsara lill-ekonomija Maltija u lill-finanzi tal-Gvern. Illum il-VAT dahlet, tista' tghid, bil-qbil ta' kulhadd u lil 'hinn mill-kontroversja.
Malli tela' fil-Gvern il-Partit Nazzjonalista, regghet giet attivata l-applikazzjoni ta' pajjizna biex isieheb l-Unjoni Ewropea. F'din l-ewwel sena bdejna npattu ftit ghall-hsara li rnexxielu jaghmel l-gvern ta' Dr Alfred Sant b'entuzjazmu zbaljat fit-tnejn u ghoxrin xahar ta' qabel.
F'din l-ewwel sena tal-Gvern twettqu jew bdew jitwettqu aktar min nofs il-230 punt li jitqajjmu fil-Programm Elettorali tal-Gvern.
Qeghdin nipprezentaw illum lista tal-weghdi elettorali li twettqu jew bdew jitwettqu mill-Gvern. Id-dettalji dwar dawn il-programmi ta' hidma ser ikunu prezentati lill-Media f'sensiela ta' Konferenzi Stampa mill-kollegi tieghi u minni fejn ser niprezentaw ir-Rapporti tas-Sena ta' Hidma tal-Gvern tal-Ministeru taghna."
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN