Iccelebrat Jum l-Gharb
Il-Kunsill Lokali Gharb iccelebra ‘Jum l-Gharb' ghas-sitt sena konsekuttiva nhar il-Hadd, 29 t'Awissu 1999. Il-Kunsill jiccelebra ‘Jum l-Gharb' dejjem f'din il-gurnata partikolari peress li fid-29 t'Awissu 1679 l-Gharb inqata' Parrocca. Ghal din ir-raguni, fuq proposta tas-Sindku, is-Sur David Apap Agius, din is-sena twaqqaf monument f'gieh l-Isqof Mikiel Molina li kien propju hu li waqqaf l-Gharb bhala Parrocca. Dan gie nawgurat mill-Ministru ghal Ghawdex, l-Onorevoli Giovanna Debono, flimkien mas-Sindku u fil-prezenza tal-membri tal-Kunsill, mistednin specjali u residenti. Wara l-inawgurazzjoni tal-monument tpoggew kuruni quddiem il-Monument mill-Ispeaker tal-Parlament, l-Onor Anton Tabone, mill-Ministru ghal Ghawdex, Sindku, Kunsilliera u ghaqdiet.
Ic-Celebrazzjoni nbdiet b'kuncert vokali imtella' mill-‘Chorus Urbanus' taht it-tmexxija tal-Maestro John Galea, fil-Knisja Parrokkjali u wara Quddiesa ta' Radd il-Hajr bil-partecipazzjoni ta' l-istess kor. Wara saret ic-cerimonja tat-tberik u inawgurazzjoni tal-Monument fil-Pjazza. Fit-tmiem ta' din ic-cerimonja inghata l-‘Premju Gharb', ghar-raba' sena konsekuttiva, din id-darba lil Emanuel Cauchi, li huwa s-sagristan ewlieni tal-Knisja Kolleggjata ta' l-Gharb fuq bazi volontarja u ilu jaghmel dan ix-xoghol ghal dawn l-ahhar 20 sena. Minkejja l-eta' tieghu huwa jaghti s-servizzi tieghu fil-hidma ta' kuljum u fil-funzjonijiet specjali kollha. Emanuel Cauchi ilu wkoll 40 sena jghin fil-kumitat tal-festi esterni tal-Vizitazzjoni. Din l-okkazzjoni intemmet b'riceviment fil-Muzew tal-Folklor.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN