Left arrow Mur Lura

Il-Ministru Giovanna Debono izzur diversi centri ta' SkolaSajf f'Ghawdex

PR1325
Date Icon 31/08/1999

F'Ghawdex kellna hdax-il centru ta' Skola Sajf fi kwazi l-irhula kollha f'Ghawdex.

Matul il-gimghat li ghaddew it-tfal kienu jkunu okkupati fuq xoghol krejattiv u loghob divertenti. Barra dan ittiehdu wkoll fuq diversi eskursjonijiet kemm f'Ghawdex kif ukoll f'Malta.

Bhalissa qed isiru l-ahhar preparamenti ghal Fiera Maratona li ser tigi organizzata fit-Trade Fair Grounds in-Naxxar. L-iskejjel Ghawdxin ser ikollhom stand b'xoghlijiet li t-tfal hadmu matul l-Iskola Sajf.

Barra dan, team iffurmat mill-iskejjel Ghawdxin ser jiehdu sehem f'serata ta' loghob waqt il-Fiera Maratona nhar il-Gimgha 10 ta' Settembru flimkien ma l-iskejjel Maltin.

Ic-Centru ta' Skola Sajf kienu mmexxija minn Ghalliema bhala Koordinaturi u numru ta' studenti universitarji li qed isegwu kors ghall-ghalliema.

Il-bierah il-Ministru ghal Ghawdex l-Onor Giovanna Debono ghamlet zjara lil xi centri ta' Skola Sajf f'Ghawdex fejn rat ix-xoghol li qed isir mat-tfal mill-istudenti tal-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni u qasmet l-esperjenzi li ghaddew minnhom dawn it-tfal u l-ghalliema taghhom tul dawn l-ahhar xahrejn.

F'kumment fi tmiem iz-zjara taghha il-Ministru Debono esprimiet is-sodisfazzjon taghha tal-hidma li twettqet mat-tfal Ghawdxin fix-xhur tas-sajf u wriet ix-xewqa li fis-sajf li gej jizdiedu c-centri ta' Skola Sajf f'dawk l-irhula li ghad m'ghandhomx kif ukoll terga' tinfetah Skola Wens fis-Sannat Special Unit u jigu ntrodotti skejjel tas-sajf fl-iskejjel ta' l-Arti, tad-Drama u tal-Muzika.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow