Kommemorazzjoni tal-qawmien nazzjonali tal-Maltin kontra l-Francizi
PR1322
30/08/1999
Il-Kumitat Festi Nazzjonali fi hdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, se jfakkar l-anniversarju tal-Qawmien Nazzjonali tal-Maltin kontra l-Franċiżi nhar il-'?amis, 2 ta' Settembru 1999, fil-ħdax ta' fil-għodu, fuq il-Monument ta' Dun Mikiel Scerri u Sħabu, fi Pjazza Indipendenza, Valletta.
Dawk il-Kunsilli, Partiti, Soċjetajiet u Għaqdiet oħra li jixtiequ li jingħaqdu mal-Kumitat Festi Nazzjonali għal din l-okkazjoni, huma mitluba jiktbu jew iċemplu lis-Segretarju Kumitat Festi Nazzjonali, 230 "Casa Gaspe", Triq ir-Repubblika, Valletta. (telefon/fax 247241)
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN