Punti mid-diskors tal-Ministru ghat-Turizmu Dr. Michael A. Refalo, waqt il-ftuh tal-World Sports Cafe' fil-Bajja ta' San Gorg, San Giljan
- ATTRAZZJONI GDIDA
SEHEM L-ISPORT U T-TURIZMU
- ZIEDA FIX-XAHAR TA' LULJU
Dan l-istabbiliment izid attrazzjoni ohra mal-firxa tal-prodott turistiku Malti u ghal darb'ohra jaghti prova tal-mod kif min ghandu inizjattiva u idejat jista' jiftah u jaghmel nicca ghalih f'din l-akbar industrija ta' pajjizna.
F'dinja li qed tinbidel u tickien kull destinazzjoni turistika trid jew tohloq jew issib motivazzjonijiet, ragunijiet u attrazzjonijiet biex tiddistingwi ruhha minn ohrajn u tqajjem interess biex turisti jaghzlu li jzuruha qabel jew flok ohrajn.
Min isiefer biex jiehu sehem jew jattendi manifestazzjoni sportiva jitqies turist u jaghmel kontribut ghall-ekonomija tal-pajjiz daqs min jigi btala biex jistrieh jew igawdi l-klima u l-bahar. Ghalhekk l-isport hu meqjus bhala motivazzjoni unika li tattira t-turisti.
F'dawn l-ahhar snin il-Gvern investa miljuni fl-infrastruttura sportiva tal-pajjiz u rrid nghid li b'dan il-mod l-assocjazzjonijiet sportivi sabu ruhhom f'qaghda hafna ahjar milli kienu qabel biex jospitaw gari u manifestazzjonijiet sportivi li sa ftit zmien ilu kienu biss holma.
Fis-snin li kont risponsabbli ghall-isport mexxejt bi principju ewlieni , dak li l-aktar nies kapaci li jamministraw il-facilitajiet sportivi huma l-istess sportivi per mezz tal-ghaqdiet nazzjonali taghhom. Dawk il-facilitajiet li ma jitmexxewx minn dan is-settur tal-moviment tal-volontarjat jispiccaw kollha piz li l-Gvern qajla jista' jiflah.
Min jaf kemm minn dawk l-eluf li gew Malta fix-xahar ta' Lulju li matulu l-industrija tat-turizmu regghet registrat zieda ohra, gew Malta ghal xi raguni konnessa ma' l-isport?
Kemm minnhom gew biex ighoddsu, kemm biex jilghabu waterpolo, kemm biex jibbordjaw, kemm biex jiehdu sehem f'training camps, biex isegwu t-teamijiet taghhom fil-loghob tal-Intertoto u tat-Tazzi Ewropej?
Infakkar li s-suq Irlandiz ftahnih bis-sahha fl-1989 meta Malta u l-Irlanda ltaqghu fl-eliminatorji tal-‘World Cup' li wassal biex eluf ta' supporters Irlandizi ghazlu joqghodu Malta sakemm it-teamtaghhom kien qed jiehu sehem f'‘Italia 90'.
Ghalhekk ghax konxji mill-valur promozzjonali, socjali u ekonomiku ta' l-isport li l-Ministeru u l-NTOM lesti jghinu lil min iressaq proposta li torbot mal-parametri tal-politika taghna dwar sponsorship. Fost l-attivitajiet nghoddu l-‘Maratona ta' Malta' u l-‘Middle Sea Race'.
Ghalhekk ukoll ghax konxji li l-btajjel tal-attivitajiet, ta' min isiefer ghall-abseiling, ghat-trekking, ghall-passiggati fil-kampanja sew bir-rigel kif ukoll bir-rota, ghall-ghads, u kwalunkwe attivita` ohra mhux necessarjament kompetittiva, ghandhom il-faxxinu u l-attrazzjoni taghhom li l-NTOM tirreklama l-Gzejjer Maltin bhala lokalita` fejn jistghu jigu prattikati dawn l-attivitajiet u l-passatempi ohra.
Izda l-avvanzi fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet ghamlu lil hafna minna spettaturi ta' gari sportivi internazzjonali u dinjin fil-kumdita' ta'darna stess. Taw access li kull min irid imur btala li jkun jista' jsegwi l-isport favorit tieghu minghajr il-htiega li jaghzel btala propju fejn ikun qed isir l-avveniment. Fejn tista' titgawda btala mal-familja eluf ta' kilometri 'l boghod minn fejn tkun qed issehh gara sportiva.
Ir-Rumani kienu jghidu mens sana in corpore sano u minkejja li minn zmien ghal zmien nisimghu b'kazi dwar min jiehu performance improvement drugs projbiti, l-isport kien, ghadu u jibqa attivita` nadifa li tbieghed lil min jippratikah minn hafna perikoli u theddid iehor tad-dinja moderna.
Il-lejla l-inawgurazzjoni ufficjali tal-‘World Sports Caf'?' torbot hafna ma' dak kollu li ghadni kif semmejt. Tixhed sens ta' inizjattiva, taghmel l-ahjar uzu mill-avvanzi teknologici l-aktar moderni fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet, tiftah opportunitajiet ghal divertiment, xoghol u qligh, tipprovdi lil sportivi ta' kull xorta u lil kull min ihobb l-isport b'opportunita' ta' family entertainment u fl-istess hin ic-cans li jsegwi l-isport favorit tieghu u tinkoraggixi il-prattika ta' dixxiplini sportivi, mhux necessarjament elite, fost iz-zghazagh u nies ta' kull eta`.
Fuq kollox il-‘World Sport Caf'?' hu attrazzjoni u facilita` gdida li tista' titgawda sew mill-Maltin kif ukoll mit-turisti, li jaghmel btala f'pajjizna aktar attraenti, interessanti u kompleta ghal min ihobb l-isport.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN