Id-Dipartiment tas-Sahha jichad dak li ntqal mill-Assocjazzjoni Medika ta' Malta dwar tkeccija ta' xi tobba
B'referenza ghall-istqarrija mahruga mill-Assocjazzjoni Medika ta' Malta (MAM) dwar xnighat u rapporti li d-Dipartiment tas-Sahha se jtemm l-impjieg ta' 48 junior doctors, id-Dipartiment tas-Sahha jichad dan ir-rapporti u jiddikjara li m'hemm l-ebda intenzjoni li t-tobba imsemmija se jintemmilhom l-impjieg.
Id-Dipartiment tas-Sahha ghad ghandu nuqqas ta' tobba u fil-Human Resource Plan li jaghlaq f'Dicembru 2000, hemm post ghat-tobba kollha li jixtiequ jkomplu fl-impjieg taghhom mal-Gvern. Sahansitra dawn it-tobba diga` nghataw placements fid-Dipartimenti, klinici u Centri tas-Sahha.
Bhalissa qed jigu pprocessati sejhiet ghall-hatra fuq bazi permanenti ta' dawn it-tobba bhala Senior House Officers fid-dipartimenti u klinici u bhala Medical Officers fic-Centri tas-Sahha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN