Left arrow Mur Lura

Hidma ghal aktar indafa fil-pajjiz

PR1307
Date Icon 26/08/1999

Bħalissa għaddejja ħidma intensiva ta' tindif f'diversi lokalitajiet u arterji prinċipali bl-iskop li tingħata dehra isbaħ u aktar nadifa lil pajjiżna. Din il-ħidma qed issir minn ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent.

Din il-ħidma se tkun waħda permanenti tant li qed titwaqqaf unit apposta li se tkompli tissaħħaħ fil-'imgħat li 'ejjin. It-twaqqif ta' din il-unit hu parti minn eżerċizzju biex ir-riżorsi li għandha t-Taqsima tax-Xogħlijiet jintużaw bl-aħjar mod possibbli.

Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent, Francis Zammit Dimech, meta dalgħodu żar, flimkien mal-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni Ċensu Galea, uħud mill-postijiet fejn qed isir tindif u xogħol ieħor biex tingħata dehra isbaħ.

Il-Ministru Zammit Dimech fakkar li ftit 'imgħat wara l-bidla fil-Gvern kważi sena ilu hu kien stqarr li waħda mill-prioritajiet tal-Gvern kienet kampanja ta' tindif speċjalment ta' munzelli ta' skart li pajjiżna kien spiċċa miżgħud bihom. Hu stqarr li din kienet battalja iebsa għaliex filwaqt li beda jsir dan it-tindif, immedjatament re'a' beda jintefa' l-iskart fil-postijiet li jkunu tnaddfu.

Hu żied li dan l-aħħar saru diskussjonijiet bejn il-Ministeru għall-Ambjent u l-Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni, li taħtu jaqa' d-Dipartiment tat-Toroq, u kien deċiż li għandha titwaqqaf unitapposta fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent li tkun responsabbli mit-tindif fuq bażi regolari ta' l-arterji prinċipali – peress li t-toroq l-oħra jaqgħu taħt ir-responsabbilt'? tal-Kunsilli Lokali anki f'dak li hu tindif – u ta' postijiet oħra li jkunu jeħtie'u li jitnaddfu.

Il-Ministru Zammit Dimech stqarr li l-akbar problema tibqa' dik tal-mentalit'? ta' uħud mill-pubbliku li għadhom jemmnu li l-indafa tieqaf mill-għatba 'l barra. Hu wera d-dispjaċir tiegħu għall-fatt li għad hawn uħud li għadhom jwaddbu f'postijiet pubbliċi, inklużi toroq, kull xorta ta' skart meta llum kull Kunsill Lokali qed jipprovdi wkoll servizz b'xejn biex wieħed ikun jista' jiddisponi minn skart goff.

Filwaqt li semma kif fi tmiem il-'imgħa postijiet popolari bħal dawk ħdejn il-baħar qed jispiċċaw imballati bl-iskart minkejja li jkun hemm id-dustbins għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, il-Ministru Zammit Dimech ħe''e' lill-poplu biex jikkoopera aktar u jibda japprezza li pajjiżna hu darna lkoll. Hu wera t-tama li din il-problema ta' nuqqas ta' ndafa min-naħa tal-pubbliku, tibda tonqos darba jkunu introdotti l-gwardjani lokali.

Il-Ministri Zammit Dimech u Ċensu Galea spjegaw li l-ħidma li qed issir mill-ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet ma tikkonsistix biss f'tindif, iżda wkoll f'titjib sostanzjali li jinkludi landscaping, tiswija ta' ħitan, irran'ar ta' bankini, żebgħa, twaħħil ta' sinjali tat-traffiku, tneħħija ta' kartelluni u posters, u xogħlijiet oħra li jkunu meħtie'a li jsiru. Biex il-ħidma tkun aktar effettiva u tħalli l-frott mixtieq, qed ikun hemm koordinazzjoni ma' dipartimenti oħra, b'mod partikolari dawk tat-toroq u ta' l-agrikoltura.

Il-postijiet li tnaddfu, jew qed jitnaddfu bħalissa, jinkludu Triq Manwel Dimech f''?al Qormi, Triq l-Imdina f''?aż-Żebbu', ix-Xemxija, il-Verdala f'Bormla, Triq Birkirkara f'San Ġiljan, Tal-Qroqq u s-Swatar, il-bypass ta' Birkirkara, Triq Re'jonali, il-Floriana u l-inħawi ta' bejn '?al Luqa u l-Ajruport Internazzjonali.

Huma stqarrew li l-iskop ta' din l-inizjattiva hu li ma tkunx bħal oħrajn ta' qabilha, li tibda u tieqaf wara ftit xhur, iżda li tibqa' sejra b'mod permanenti tant li tħejja wkoll programm ta' tindif regolari tat-toroq prinċipali kollha ta' Malta b'sistemi mekkaniċi li di''? għandha t-Taqsima tax-Xogħlijiet. Dan is-servizz se jibda fi ftit jiem oħra.

Il-Ministru Zammit Dimech u l-Ministru Galea awguraw li l-poplu jikkopera f'din il-ħidma biex fil-millennju l-'did pajjiżna jkun jidher aktar nadif u isbaħ milli hu llum.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow