Left arrow Go Back

Prezentazzjoni ta' Ghotja lil Malta Community Chest Fund

PR1303
Date Icon 25/08/1999

Ftit wara li 'ara l-inċident waqt it-twaqqiegħ ta' l-Embassy fil-Belt fil-bidu ta' Lulju, fejn għadd żgħir ta' familji sofrew inkonvenjent u xi ħsarat fid-djar tagħhom, il-President ta' Malta, l-E.T. il-Prof. Guido de Marco nnifsu ħa l-inizzjattiva biex il-Malta Community Chest Fund taghti somma flus lil dawn il-familji biex biha huma jkunu jistgħu jieħdu ħsieb il-ħti'iet tagħhom. Dan kien 'est ta' solidarjeta` lejn il-familji Maltin li sabu ruħhom f'din is-sitwazzjoni ħabta w sabta u kien 'est li 'ie apprezzat minn kulħadd.

Id-ditta li qed tagħmel ix-xogħol ta' twaqqiegħ u l-bini ta' dan il-kumpless, Polidano Brothers Limited, min-naħa tagħha wkoll, mill-ewwel għamlet minn kollox biex ittaffi kemm jista` jkun dan l-inkonvenjent. Minbarra t-tiswijiet fil-bini, ir-residenti 'ew offruti wkoll kumpens.

'?al dan il-għan rappreżentanti ta' Polidano Brother Limited ftit jiem ilu ltaqgħu mal-President de Marco biex jipprezentawlu cekk bl-istess somma li kienet ħar'et il-Malta Community Chest Fund biex tgħin lil dawn il-familji. Fil-laqgħa li fiha saret din l-għotja lill-President, ir-rappreżentanti ta' Polidano Brothers Limited qalu li huma ħassew li kien dmir morali tagħhom li jagħtu lura lill-Malta Community Chest Fund is-somma li kienet ħar'et minn dal-Fond biex tgħin lil dawn il-familji. Min-naħa tiegħu l-President de Marco wera li apprezza dan il-'est u qal li s-solidarjeta` bejnietna l-Maltin għandha tkun forza biex tkompli tgħaqqad lill-Pajjiż.

'?all-għotja taċ-ċekk kien hemm preżenti wkoll is-Sur Mark Zammit, rappreżentant ta' Embassy Limited, il-promoturi ta' dan il-pro'ett, li kkonferma lill-President de Marco li l-promoturi kienu waslu fi ftehim ma' Polidano Brothers Limited li jsir dak kollu li hu possibbli sabiex dawk li soffrew dannu fi djarhom ji'u mħarsa kif inhu xieraq.

Matul din il-laqgħa l-President wera interess dwar il-kumpless 'did li ser jinbena fil-post fejn qabel kien hemm l-Embassy Cinema fejn hemm ippjanat sitt cinemas, food court b'varjeta` kbira ta' ikel u għadd ta' ħwienet. Dan il-pro'ett għandu jgħin biex, flimkien ma' pro'etti oħra li l-Gvern fi ħsiebu jwettaq fis-snin li 'ejjin, il-Belt Valletta tikseb mill-'did id-dinjita` li jixirqilha bħala l-Belt kapitali ta' pajjiżna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow