L-Ufficcju tal-Prim Ministru jwiegeb lil ICFTU u lil ETUC
Aktar kmieni llum il-General Workers' Union ippubblikat ittri li kitbu s-Segretarji Ġenerali tal-Konfederazzjoni Internazzjonali tat-Trade Unions ħielsa, l-ICFTU, u l-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions, l-ETUC lill-Prim Ministru. Iż-żew' ittri juru ċar li b'irresponsabilta` l-GWU informat ħażin lil dawn l-organizzazzjonijiet b'dak li seħħ tassew f'Malta f'dawn l-aħħar jiem.
Fit-twe'ibiet tiegħu, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru nforma lis-Segretarji Ġenerali taż-żew' organizzazzjonijiet li ma seħħ ebda ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew tat-trade unions waqt l-azzjonijiet industrijali li l-GWU issospendiet nhar is-Sibt, 21 t'Awissu 1999.
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru qal ukoll li l-azzjonijiet tal-GWU fl-ajruport nhar il-Ġimgħa, 20 t'Awissu ssejħu minħabba kwistjoni mal-union li bħalissa għandha l-għarfien ewlieni fl-MIA. B'irresponsabilta` l-GWU iddeċidiet li tagħlaq l-ajruport billi ordnat strajk minn numru żgħir ta' membri tal-Fire Section, li hi taqsima li minħabba n-natura essenzjali ta' xogħolha ma tistrajkjax.
Numru ta' impjegati tal-Fire Section għażlu li ma joħor'ux fuq strajk. Madankollu, dawk li ħar'u fuq strajk o''ezzjonaw u nfexxu fi ħsara tal-fire engines u ta' l-ambulanzi. Kellha tintervjeni l-Pulizija li avżat lill-dawk li kienu fuq strajk li l-ħaddiema l-oħra kellhom dritt jaħdmu u li l-Pulizija kienet se tipprote'i dan id-dritt.
Uħud mill-persuni fuq strajk irreżistew bis-saħħa lill-Pulizija.
Tnejn u tletin persuna, kważi kollha membri tal-fire section, li fixklu fix-xogħol, m'obdewx u rreżistew ‘il Pulizija, 'ew arrestati u ttieħdu d-Depot għall-investigazzjoni dwar il-ħsara li saret fil-fire section u ksur ieħor tal-li'i. Il-ħsara kienet fit-tyres ta' l-ambulanzi u tal-fire engines. Tneħħa wkoll il-foam mill-fire engines waqt li nstabet ħsara fil-wiring ta' dawn il-vetturi. Iċ-ċwievet tal-fire engines ma nstabux.
Tmienja mit-32 persuna arrestati kienu fuq vettura tal-Pulizija li kienet imblukkata fit-triq lejn id-Depot minn uffiċjali tal-GWU. Wara sagħtejn miżmuma taħt xemx tiżre', il-vettura tal-Pulizija kompliet treqitha lejn id-Depot bil-bqija tal-membri miżmuma.
Fl-ittri tagħhom is-Segretarji Ġenerali taż-żew' organizzazzjonijiet urew ċar li ngħataw l-informazzjoni żbaljata li l-persuni mill-Fire Section li għal xi ħin nhar il-Ġimgħa, 20 t'Awissu, inżammu mill-Pulizija għall-istħarri', għadhom s'issa miżmuma arrestati.
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru assigura liż-żew' Segretarji Ġenerali li dawn il-persuni fil-fatt inħellsu nhar il-Ġimgħa stess wara li għamlu statement fil-Kwartieri tal-Pulizija.Fl-ittra tas-Segretarju Ġenerali ta' l-ICFTU, deher li din l-organizzazzjoni kellha l-informazzjoni skoretta li uffiċjali tal-GWU ma tħallewx ikellmu lil uffiċjali tal-Pulizija. L-Uffiċċju tal-Prim Ministru spjega li dan m'hux minnu u li minflok uffiċjali tal-Pulizija kienu f'kuntatt dirett u kontinwu m'uffiċjali tal-GWU waqt l-imblokk li għamlu fil-Marsa.
Is-Segretarju Ġenerali ta' l-ICFTU ukoll kellu l-informazzjoni żbaljata li l-membri tal-Fire Section miżmuma mill-Pulizija ċċaħditilhom l-assistenza medika. L-Uffiċċju tal-Prim Ministru informa lis-Segretarju Ġenerali li kull persuna miżmuma ntalbet tridx għajnuna medika u kull wieħed minnhom irrifjuta. Persuna waħda ttieħdet l-isptar wara li ħassitha ma tiflaħx minħabba li nqabdet għal sagħtejn fil-Marsa f'xemx tiżre' b'riżultat ta' l-imblokk magħmul minn uffiċjali tal-GWU.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN






