Left arrow Go Back

Ittra tal-Gvern lill-Membri kollha tal-Fire Section ta' l-Ajruport

PR1294
Date Icon 23/08/1999

Nhar is-Sibt, 21 ta' Awissu 1999, is-Segretarju Permanenti fl-Ufficcju tal-Prim Ministru baghat ittra lit-tmienja u disghin membru tal-Fire Section ta' l-Ajruport biex ifakkarhom fid-dikjarazzjoni personali li ffirma kull wiehed minnhom fejn accetta il-kundizzjonijiet specjali tax-xoghol li dwarhom fit-22 ta' April 1998, kien intlahaq ftehim bejn l-Armata, id-Dipartiment tal-Avjazzjoni Civili, l-MIA u l-Ufficcju tal-Prim Ministru.

Il-Membri tal-Fire Section gew imfakkra li skond il-Ftehim li ntlahaq fi zmien il-Gvern Laburista, kien ser jibqghalhom id-dritt tal-pensjoni skond il-kundizzjonijiet specjali ta' l-Armata dment li huma obbligaw ruhhom li jibqghu ma jiehdux azzjoni industrijali peress li s-servizzi taghhom kienu essenzjali.

Kopja tal-ittra li ntbaghtet nhar is-Sibt, 22 ta' Awissu 1999, flimkien mad-Dikjarazzjoni li ffirmaw il-membri tal-Fire Section kif ukoll il-Ftehim li kien intlahaq fit-22 ta' April 1998 qed jigu ppubblikati.


OPM/668/93

21 t'Awissu 1999

Is-Sur

Sinjur

Qed niktiblek biex infakkrek dwar id-Dikjarazzjoni li inti ffirmajt meta 'ejt biex taqleb minn mal-Armata għal mal-Malta International Airport (MIA) fejn inti personalment aċċetajt il-kundizzjonijiet speċjali tax-xogħol li dwarhom fit-22 ta' April 1998, kien intlaħaq ftehim bejn l-Armata, id-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili, l-MIA u dan l-Uffiċċju. Qed nibgħatlek ma' din l-ittra kopja tad-Dikjarazzjoni tiegħek u tal-Ftehim li kien mehmuż mad-Dikjarazzjoni.

Nixtieq ni'bidlek l-attenzjoni għal żew' klawsoli partikolari, klawsoli 10 u 13, li kienu s-su''ett ta' diskussjonijiet meta l-Kmandant u uffiċċjali oħra ta' l-Armata spjegawlkom dawn il-kundizzjonijiet. Fost affarijiet oħra, tajjeb li wieħed ifakkar li skond il-ftehim milħuq il-membri kollha tal-Fire Section kien ser jibqalhom id-dritt tal-pensjoni skond il-kundizzjonijiet speċjali ta' l-Armata peress li huma obbligaw ruħhom li jibqgħu, ukoll bħall-Armata, ma jieħdux azzjoni ndustrijali peress li s-servizzi tagħhom kienu essenzjali.

Ma għandiex dubju li inti trid tikkunsidra l-pożizzjoni tiegħek fid-dawl tad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li inti għandek.

'?oddni tiegħek

 J R Grima
Segretarju Permanenti


L-IMPJIEG MAL-MALTA INTERNATIONAL AIRPORT plc:
CERTIFIKAT LI GHANDHU JIGI FFIRMAT MILL-MEMBRI KOLLHA
TA' L-ATCC U L-AIRPORT COMPANY SA MHUX IKTAR TARD
MIT-27 TA' APRIL 1998


1. Jiena, (numru tas-servizz) ..... , (Grad) ..... , (Kunjom) ..... , (Inizjali) ..... , wara li gejt infurmat mill-Kmandant tal-Forzi Armati ta' Malta dwar il-kundizzjonijiet ta' l-impjieg mal-Malta International Airport plc (MIA), niddikjara li:

A. Nixtieq ningagga mal-MIA mill-iktar fis possibbli bl-ghazla li nkun nista' nerga ningagga mal-F.A.M. jekk niddeciedi li naghmel dan fi zmien tnax il-xahar minn meta nibda' xoghol mal-MIA. *

B. Nixtieq nibqa' mal-Forzi Armati ta' Malta. *

C. Nixtieq napplika biex nirtira b'kull pensjoni li jiena intitolat ghaliha. *

[* Aqta' fejn mhux applikabbli] NOTA: Dawk li jonqsu milli jiffirmaw dan ic-certifikat sabiex jesprimu ghazla, ikunu meqjusa bhalli kieku jkunu applikaw biex jirtiraw mill-Forzi Armati ta' Malta taht ghazla C kif muri hawn fuq.

2. Inkompli niddikjara li jekk naghzel li nibqa' fil-Forzi Armati ta' Malta, jiena nifhem li ghal issa hemm bzonn li nibqa stazzjonat fl-Airport bhala ufficjal jew suldat naghmel xoghol li ghadda mill-FAM ghal MIA, sakemm ikun hemm il-htiega li nibqa' naghti dak is-servizz lill-MIA, jew sakemm il-FAM tistazzjonani f'post iehor, u meta ma nibqax stazzjonat l-airport mal-FAM nigi stazzjonat f'kariga li l-Kmandant tal-FAM ihoss l-ahjar skond il-grad u l-abiltajiet militari tieghi. Naccetta wkoll li meta ma nibqax stazzjonat l-airport ma nibqax intitolat ghal xi allowances jew paga specjali ("salarju approvat fuq bazi personali") li prezentement jappartjenu ghal membri tal-ATCC u l-Airport Company, skond kif ikun applikabbli (bhal ATC allowance, Rating allowance, Fireman Trade allowance, etc. etc.).

3. Niddikjara wkoll li jekk fi tmiem it-tnax il-xahar fl-MIA niddeciedi li nerga ningagga fil-FAM dan ikun fuq bazi tal-kundizzjonijiet kif murija f'paragrafu tnejn hawn fuq.

Data: .....

Firma: .....

Xhud tal-firma: .....


THE AGREEMENT - IL-FTEHIM:


Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow