Left arrow Mur Lura

Ikompli l-embellishment fin-Nofsinnhar ta' Malta

PR1291
Date Icon 23/08/1999

Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li qed ikunu ippjanati aktar xogħlijiet ta' embellishment għas-sena li 'ejja fin-Nofsinhar ta' Malta, filwaqt li xi xogħlijiet konnessi ma' l-embellishment f'Tas-Sliema u San Ġiljan mistennija jibdew qabel tmiem din is-sena.

Hu kien qed ikellem lill-'urnalisti meta dalgħodu żar id-diversi xogħlijiet ta' embellishment li qed isiru f'Birżebbu'a, Marsaxlokk u Marsaskala u li matul dawn l-aħħar xhur ingħataw spinta kbira 'l quddiem. Hu qal li fir-rigward ta' dawn it-tliet lokalitajiet, in-nefqa sa tmiem din is-sena hi stmata li se taqbeż il-miljun lira u se tkun maqsuma, bejn wieħed u ieħor, f'nofs miljun lira fir-rigward ta' Wied il-Għajn, Lm300,000 fir-rigward ta' Birżebbu'a u Lm230,000 fir-rigward ta' Marsaxlokk.

Hu żied li fir-rigward ta' Birżebbu'a tlesta ħafna mix-xogħol fil-Bajja s-Sabiħa, filwaqt li f'Wied il-Għajn saret promenade 'dida fuq in-naħa tal-Ponta ta' Żonqor u qed isir xogħol kemm ta' restawr fuq it-Torri, kif ukoll embellishment madwaru fin-naħa tas-Siberja.

Hawn, il-Ministru Zammit Dimech fakkar fit-tisħiħ li sar tliet snin ilu fis-sistema kollha tad-drena'' f'Marsaskala; pro'ett li sewa madwar Lm2.5 miljun. Hu qal li għalkemm hu minnu li pro'ett ta' kobor bħal dak seta' ħoloq inkonvenjent lill-pubbliku u lis-sidien tal-ħwienet waqt li kien qed jitwettaq, illum kulħadd qed japprezza kemm kien utli u għen biex kompla nbidel l-ambjent ta' dik il-lokalit'?. Hu stqarr li minn dak iż-żmien ma baqgħetx teżisti aktar il-problema tat-tni''iż tal-baħar mid-drena'' li kienet saret waħda akuta, biex b'hekk Marsaskala re'a' kiseb popolarit'? mal-għawwiema.

Il-Ministru Zammit Dimech semma l-koordinazzjoni li kien hemm mal-Kunsilli Lokali fl-ippjanar u fit-twettiq tal-pro'etti biex jissebbħu dawn it-tliet lokalitajiet, u żied li l-intenzjoni tal-Gvern hi li jkompli jgħin lil dawn il-Kunsilli Lokali biex dak li sar jibqa' jinżamm fl-aħjar stat possibbli billi ssir il-manutenzjoni meħtie'a.

Ix-xogħlijiet li tlestew f'dawn l-aħħar xhur jew qed isiru bħalissa jinkludu dawn

F'Birżebbu'a

  • Tlestiet parti sostanzjali ta' l-embellishment tal-Bajja s-Sabiħa, li jinkludi sistemi ta' passa''i fuq ir-ramel, post ta' rikreazzjoni, tined u tħawwil ta' si'ar. Tlesta l-pavimentar tal-bankini, kif ukoll ix-xogħol tal-konkos tal-passa''i fuq ir-ramel. Bħalissa qed issir l-għażla ta' l-offerta biex isir il-pavimentar ta' dawn il-passa''i, liema xogħol mistenni jitlesta kmieni s-sena d-dieħla. Ingħata ukoll l-kuntratt għall-provvista u tqegħid ta' safety material, filwaqt li qed issir l-għażla ta' l-offerta għall-apparat li se jkun stallat fil-post ta' rikreazzjoni. Fil-jiem li 'ejjin mistennija toħro' tender għat-tħawwil ta' si'ar f'din il-bajja. F'Novembru li 'ej mistennija jibdew jitwaħħlu arbli dekorattivi tad-dwal fil-Bajja s-Sabiħa.
  • Fl-inħawi tal-Bajja San Ġor' qed jinbena parke'' li se jkun jesa' madwar 50 vettura u li mistenni jitlesta sa tmiem is-sena. Ix-xogħol qed isir minn ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet. F'dan il-parke'' se jkun hemm parti li se tibqa' aċċessibbli għall-Korporazzjoni Enemalta. Se jinbnew ukoll mill-'did latrini pubbliċi, li mistennija jinfetħu għall-pubbliku madwar tliet xhur oħra. B'hekk ikunu jistgħu jitwaqqgħu l-latrini eżistenti li hemm f'Borg in-Nadur u li qed ikerrhu dan il-bini storiku.
  • Beda t-tqattigħ tal-blat ħdejn Triq iż-Żejtun bħala parti mill-bini ta' bypass 'dida fil-Qajjenza, li se tgħaqqad Triq iż-Żejtun ma' Triq F.M. Ferris biex b'hekk tgħaqqad b'mod aħjar lill-Qajjenza mal-bqija ta' Birżebbu'a. Din il-bypass mistennija titlesta fil-bidu tas-sena d-dieħla.

F'Marsaxlokk

  • Il-'imgħa li għaddiet beda xogħol preliminari fil-Pjazza tal-Knisja biex din tkun tista' ssir semi-pedestrianised. Il-pavimentar ta' din il-pjazza mistenni jibda fi żmien xahrejn u jitlesta fil-bidu tas-sena d-dieħla. Il-materjal li se jintuża se jkun jikkonsisti f'ċangatura tal-lava u tal-qawwi.
  • Bħalissa qed tkun proċessata applikazzjoni quddiem l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar biex jinbena mill-'did il-football pitch fl-inħawi ta' Triq il-Kavallerizza u jsir it-twittigħ ta' pjanura li tkun riservata għall-bejjiegħa tal-monti.
  • Miexi b'ritmu tajjeb il-bini ta' post 'did għall-Kooperattiva tas-Sajd, liema xogħol mistenni jitlesta sa l-aħħar ta' din is-sena.
  • Fil-bidu tax-xahar id-dieħel mistenni jibda x-xogħol ta' resurfacing ta' partijiet minn Triq il-Kavallerizza, Triq it-Trunċiera u Triq ix-Xatt.
  • Il-'imgħa li għaddiet beda wkoll xogħol fi Triq is-Sajjieda wara li ntlaħaq ftehim mas-sajjieda biex Xatt is-Sajjieda jibqa' jintuża l-aktar għall-ħti'iet tagħhom.

F'Marsaskala

  • Beda x-xogħol ta' restawr tat-Torri ta' San Tumas, filwaqt li saru bankini 'odda faċċata tat-torri u beda l-pavimentar tal-pjazza ta' quddiem it-torri. Dan ix-xogħol mistenni jitlesta sa tmiem is-sena. Sar ukoll disinn 'did għar-ridott ta' quddiem it-torri li se jkun sottomess lill-Awtorit'? ta' l-Ippjanar.
  • Tlesta x-xogħol ta' upgrading tal-promenade fl-inħawi ta'Żonqor Point, bejn dik li qabel kienet il-pixxina nazzjonali sal-pitch tal-waterpolo ta' Marsaskala, filwaqt li dak bejn il-pitch u l-inħawi tal-Knisja Parrokkjali mistenni jibda wara li jintemm l-ista'un tas-sajf. Ir-railings tal-ħadid tul il-promenade fejn di''? tlesta x-xogħol mistennija jitwaħħlu kollha sa tliet 'imgħat oħra. Fl-istess nħawi tħawlu għadd ta' washingtonia palm trees u bianca. Kienu rran'ati rampi u tur'ien li jwasslu għal fuq il-blat tul ix-xtajta kif ukoll il-mollijiet. Qed ikompli x-xogħol ta' 'arr ta' materjal u tindif fl-inħawi ta' l-ex pixxina nazzjonali.
  • Saret applikazzjoni lill-Awtorit'? ta' l-Ippjanar biex ikun jista' jsir passa'' (footpath) mill-Qasam tad-Djar fl-inħawi ta' Żonqor Point sa l-Iskola Primarja ta' Marsaskala.
  • Saret ukoll talba lill-Awtorit'? ta' l-Ippjanar għal embellishment fl-inħawi tal-Bajja ta' San Tumas. Sadattant, qed isir xogħol ta' manutenzjoni fil-'nien ta' San Tumas biex wara li jintemm is-sajf, ikun jista' jsir upgrading ta' dan il-'nien.
  • Ix-xahar id-dieħel mistennija jkunu pubblikati diversi sejħiet għal offerti biex ikun jista' jsir il-kisi mill-'did ta' għadd ta' toroq, fosthom Triq il-Miklem Malti, Triq il-Mintba, Triq Patri Wistin Born, Triq l-Imriekeb, Triq iċ-Ċervjola, Triq il-Qawwara, Triq il-Menhir, Triq ta' Gidwet, Triq il-Munxar, Triq il-Maħsel, Triq Hurd's Bank, Triq l-Artillieri, Triq il-Batterija taż-Żonqor, Triq Għaxqet l-Għajn u Triq il-Bajja. Sadattant, sa tmiem dan ix-xahar Triq il-Buttar mistennija tingħata wiċċ 'did bit-tarmak.
  • Fi żmien xahrejn oħra mistennija jibdew jitwaħħlu wkoll għadd ta' arbli dekorattivi tad-dawl madwar il-bajja.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow